Oh, I see – maybe the Orange Travel Group needs the sort of chairman who’s not averse to cooking the books
Charles Mangion u Karmenu Vella jagħmlu dikjarazzjonijiet li jħawdu
maltarightnow.com
5 ta’ Marzu, 2008 18:53 CET
Minbarra li qed jirriżulta li l-kumpanija Mirca tad-Deputat Mexxej Laburista Charles Mangion u ta’ Karmenu Vella għamlet dikjarazzjonijiet foloz fil-kontijiet tal-kumpanija fi żmien meta huma t-tnejn kienu Ministri fil-gvern ta’ Alfred Sant, issa qed jirriżulta wkoll li ż-żewġ ex-Ministri Laburisti qed jagħmlu dikjarazzjonijiet li flok b’xi mod jiċċaraw l-istampa, qed ikomplu jħawduha.
Il-fatti juru li l-kumpanija Mirca akkwistat il-proprjeta’ f’Birżebbuġia mingħand Karmenu Vella u mingħand qraba ta’ Charles Mangion – jiġifieri ommu, ħuh u martu.
Dan l-akkwist ma sarx permezz ta’ bejgħ iżda b’ċens perpetwu ta’ €698 fis-sena.
Il-kumpanija Mirca imbagħad fl-1995 biegħet tliet appartamenti għall-ammont ta’ €23,293. Fi stqarrija li ħarġu ftit tal-jiem ilu, Charles Mangion u Karmenu Vella qalu li fl-1996 iddeċidew li jaqsmu l-proprjeta’ tal-kumpanija bejniethom.
Dan ma sarx fl-1996 iżda s-sena l-oħra – jiġifieri 11-il sena wara s-sena li semmew fl-istqarrija tagħhom.
Dan il-każ hu parti minn xibka ta’ negozju li għandhom diversi Deputati Laburisti, fosthom, Charles Mangion li hu d-Deputat Mexxej Laburista u li kien imdaħħal ukoll fil-każ ta’ Dubaj.
Dan meta delegazzjoni Laburista inkludiet kuntratturi li għandhom kumpaniji ma’ nies li kienu fl-istess delegazzjoni.
F’dan il-każ tal-proprjetà f’Birżebbuġia fejn ċekkijiet kienu jissarrfu imma ma jkunux dikjarati fil-kontijiet, Charles Mangion flimkien ma’ xi ħadd ieħor għandhom kumpannija jisimha Kappara Properties.
Id-Deputat u ex-Ministru Laburista Karmenu Vella flimkien ma’ Kappara Properties għandhom kumpanija jisimha Mirca Properties.
Diġà irriżulta li din il-kumpanija Mirca għamlet dikjarazzjonijiet foloz tal-kontijiet tagħha għax ma daħħlitx fil-kontijiet id-dħul mill-kera ta’ dawn it-tliet appartamenti, anke jekk iċ-ċekkijiet kienu qed jissarrfu.
Dan seħħ għal numru ta’ snin fosthom fl-1997 li matulha kollha Charles Mangion u Karmenu Vella kienu Ministri fil-gvern ta’ Alfred Sant.
F’dik is-sena, il-kumpanija Mirca fil-kontijiet tagħha ddikjarat li m’għamlet ebda dħul.
Iżda jirriżulta li kemm fit-18 ta’ Frar kif ukoll fit-13 ta’ Awissu ta’ dik is-sena rċeviet ċekkijiet li ssarrfu u li kienu jammontaw għal €22,054. Mistoqsi fuq dawn id-dikjarazzjonijiet foloz fil-kontijiet tal-kumpanija ta’ żewġ Ministri li kellu fil-gvern tiegħu, Alfred Sant qiegħed ripetutament jgħid li kollox sar kif suppost meta l-ebda kumpanija ma tista’ tippreżenta kontijiet foloz.
One Comment Comment
Leave a Comment
They claim to represent “the workers” (and the poor sods believe them) but they actually represent the stereotype money-grabbing “capitalist”, to use their own terminology.
With very few exceptions, Mintoffian MPs have always been a bunch of unscrupulous money-grubbers, using their political clout to enrich themselves.