Fantastic line, this: “Il-Labour dejjem l-istess: l-ewwel genn biex ikun fil-gvern, imbaghad meta jitla’ jkisser pajjiz.”

Published: August 6, 2012 at 2:01am

Stqarrija PN b’riferenza ghal diskors ta’ Muscat. Il-Hadd, 5 ta’ Awwissu, 2012

Muscat ikompli jikkonferma li ‘Labour won’t work’

Kull darba li l-Labour kien fil-Gvern sploda l-qghad – taht Karmenu Vella bhala Ministru tal-Industrija kien hawn 10,000 persuna bla xoghol.

Kull darba li l-Labour kien fil-Gvern sallab lis-self employed u n-negozji zghar b’taxxi – l-ahhar li Leo Brincat kien Ministru tal-Finanzi nehha l-VAT u dahhal it-taxxa rigressiva tas-CET; filwaqt li impona 33 taxxa fuq il-familji u s-self employed.

Kull darba li l-Labour kien fil-Gvern harbat is-sistema edukattiva – l-ahhar li Evarist Bartolo kien Ministru tal-Edukazzjoni nehha l-istipendji u l-istudenti kellhom imorru jiddejnu.

Kull darba li l-Labour kien fil-Gvern ta’ lill-poplu Malti servziz tas-sahha medjokri u sptarijiet u djar tal-anzjani tas-second hand– l-ahhar li l-Labour kien fil-Gvern ghamel taxxa fuq il-mard.

Kull darba li l-Labour kien fil-Gvern wera inkompetenza grassa fit-tmexxija; il-Labour dejjem l-istess: l-ewwel genn biex ikun fil-gvern, imbaghad meta jitla’ jkisser pajjiz.

L-istess jerga jigri jekk Muscat ikun Prim Ministru.

L-IVF kaz tipiku – Muscat ilu xhur jghid li jekk ikun fil-Gvern l-ewwel ligi li jressaq tkun dik tal-IVF. Issa ghaddew hmistax minn meta l-Gvern nieda l-abbozz ta’ ligi dwar l-IVF u Muscat ghadu b’sieq ‘l hemm u sieq ‘l hawn jara fejn se jonfoh ir-rih qabel jikkommetti ruhu – fil-process imaqdar u jkun negattiv. Kieku kien vera preparat kien ikollu pozizzjoni cara sa mill-ewwel gurnata.

L-istess bhal ma x-xoghol gie injorat fil-billboards ta’ paniku li tella l-Labour dan il-weekend; billboards li permezz taghhom il-Labour stess ammetta li jekk ikun fil-Gvern igib il-qghad; Muscat, il-Hadd filghodu kompla jikkonferma hu stess li Labour won’t work. Il-Labour igib il-qghad u jixhet lil pajjizna 30 sena lura.

Frank Psaila
Direttur Informazzjoni, PN




One Comment Comment

  1. Joe says:

    These comments should form a billboard campaign around the island.

Leave a Comment