Muscat imbarazzat mis-sewwa maghruf: Labour won’t work
Stqarrija PN, is-Sibt 4 ta’ Awwissu, 2012
Muscat imbarazzat mis-sewwa maghruf: Labour won’t work
Il-Labour ifisser biss qghad u jiehu lil pajjizna tletin sena lura. ‘Labour won’t work’, hi l-verita’ li lil Muscat iddejqu ghax jaf li hi s-sewwa maghruf.
Imbarazzat mir-realta’ ta’ billboard li jghid il-verita: ‘Labour won’t work’; Muscat irreagixxa f’attentat biex jipprova jpengi stampa negattiva ta’ oqsma li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern qed jinvesti b’sahhtu kollha fihom u li l-familji Maltin qegdhin igawdu l-frott taghhom: Ix-xoghol; is-Sahha; l-Edukazzjoni; u Aktar flus fil-but. L-ebda wiehed minn dawn l-oqsma mhu sinonimu mal-Labour – ghax il-Labour jibqa’ sinonimu mal-qghad.
F’4 snin pajjizna holoq 20,000 job gdid; salva aktar minn 5,000 impjieg u illum hawn 150,000 haddiem jahdmu bi qliegh – zieda ta’ 16,000 persuna fuq l-1998, u l-impjiegi part-time qabzu t-52,000.
Taht Karmenu Vella bhala Ministru tal-Industrija kien hawn 10,000 persuna minghajr xoghol. Taht Leo Brincat bhala Ministru tal-Finanzi dahlu 33 taxxa u inghataw 4,000 sensja.
Il-qghad kien zdied bi kwazi 1,500. L-investiment beda jonqos. Fit-22 xahar tal-Labour l-impjiegi kienu zdiedu b’1 fix-xahar.
Fl-ahhar erba’ snin gradwaw 20,000 student mill-MCAST u l-Universita’; infethet skola gdida kull sena; aktar minn 18,000 student jiehdu l-istipendju; 8 child care centres godda; aktar minn 15,000 student hadu scholarship; aktar minn 3,200 student ghandhom Learning Support Assistant.
Taht il-gvernijiet ta’ Sceberras Trigona; Karmenu Vella u Leo Brincat l-edukazzjoni marret il-bahar; generazzjonijiet shah gew imcahhda milli jidhlu l-Universita; taht Evarist Bartolo tnehhew l-istipendji u l-istudenti kellhom imorru jiddejnu.
Fl-ahhar erba’ snin saru 120 operazzjoni kuljum, u b’xejn, fil-Mater Dei; qed jinbena sptar gdid tal-kancer; aktar minn 1,300 medicina b’xejn; l-Ispizjar tal-Ghazla Tieghek; Salvata l-hajja ta’ aktar minn 100 omm u mara permezz tal-breast screening; operazzjonijiet fil-privat u jhallas ghalihom il-Gvern.
Taht il-Labour kellna sptarijiet tat-tielet dinja; servizz tas-sahha tar-racanc; djar tal-anzjani li hadd ma ried imur fihom; il-pazjent trattat bhala numru , u mhux bhala individwu, u l-ahhar li l-MLP kien fil-Gvern ghamel taxxa fuq il-mard. Mizuri li Muscat kien iddefenda u qal li huma ‘serji’ u gusti’.
Fl-ahhar erba snin zieda fic-children’s allowance ghal kulhadd; zieda fil-leave tal-maternita’; tnaqqis fl-income tax ghal kulhadd; tax holiday ghall-ommijiet li jidhlu jew jibqghu f’impjieg; tnaqqis fl-income tax ghall-genituri li jibaghtu t-tfal fi skejjel privati.
Taht il-Labour il-familji hallsu taxxi u aktar taxxi.
Il-Partit Nazzjonalista jpoggi aktar flus fil-bwiet tan-nies; gab l-ghazla fil-pajjiz; infethu hemel ta centri kummercjali u spazji miftuha ghall-familji – il-Labour jaghmel tajjeb ghall-inkompetenza tieghu permezz ta’ taxxi u aktar taxxi; jgib il-qghad; jirrestringi l-ghazla u jharbat pajjiz.
Fadal hafna aktar xoghol xi jsir u sfidi li jkomplu jigu indirizzati biex il-familji jkomplu jinghataw l-aqwa u l-ahjar servizzi.
Imma l-verita’ hi wahda: Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern qed johloq aktar jobs u jobs b’pagi tajbin; servizz tas-sahha ta’ kwalita’; edukazzjoni mill-aqwa biex it-tfal jirnexxu lkoll, u aktar flus fil-bwiet tal-haddiema u l-SMEs.
Il-Labour ifisser biss qghad u jiehu lil pajjizna tletin sena lura. Muscat dawwar lilu nnifsu b’nies bhal Karmenu Vella; Alex Sceberras Trigona u Leo Brincat li bil-poter f’idejhom jiehdu lil pajjizna 30 sena lura.
Labour won’t work hi l-verita’ li lil Muscat iddejqu ghax jaf li hi s-sewwa maghruf.
Frank Psaila
Direttur Informazzjoni, PN
6 Comments Comment
Leave a Comment

Kif spiccajt Daphne!
[Daphne – I’ve been rabidly anti-Labour all my life, Stingray, and I’m proud of it. Unlike several other people known to me, I don’t feel obliged to “give Labour a chance”, still less a try. And I become more anti-Labour with every passing year, because the passage of time simply underscores just how hopeless that party is. Tal-biza u tal-biki.]
That must be why I love your work, I too am proud to have been rabidly anti-Labour all my life.
It seems that the heat is on.
That is the way to attack Labour – results achieved and plans for the future.
I think it is also important to compare the shrinking relative importance of the Government as an employer compared to previous legislatures.
I suppose you do not have any personal interests (or clique interests I would say) in having the PN in power.
May I add that since 2008 this country had a government elected through lies and deceit and not competence but obviously you would never comment about such matters.
Down with Gonzi. Down with YOU.
Results achieved and plans for the future.Very good indeed.But please do not mention what happened 30 years
ago.Kull min jerfa’ idu isib x’ixomm ghid il-malti.Mal-bidla jista ikun hemm cans li kulhadd jaghraf fiex naqas.