Tardare si, scappare no – eh, Il-Gedget?

Published: August 7, 2012 at 2:17pm

Inspector Gadget, our future deputy PM

Andrew Azzopardi has interviewed Inspector Gadget for his website/blog.

Andrew Azzopardi: X’ inhi fil-fehma tieghek, l-istat tal-politika f’ Malta?

Anglu Farrugia: Illum qeghdin nghixu f’gidba politika. Gonzi u shabu tal-PN serqu l-ahhar elezzjoni bil-gideb u weghdi fierha u Alla ma jahmilx. Ma tistax tilghab bid-demokrazija. Dak li tghid trid taghmlu inkella tghid xejn u halli lil haddiehor jidhol jghid biex jigi ezaminat mill-poplu. Gonzi dahak bil-haddiema prattikament kollha ta’ Malta, dawk tat-tarznari, tal-Air Malta, tal-banek, tal-GO plc inkluz dawk li huma dilettanti tal-kacca u l-nsib li GonziPN anke dahaq bihom personali meta kitbilhom biex jaghti l-garanziji u dahaq bihom kollha u spicca li daru ghalih shabu stess. Kif jghid id-dnub ma jorqodx u imm n’Alla ghax kif tista’ jibqalek kuragg. Illum ghadna mhux koalizzjoni imma Gvern bla maggoranza li qed jilghab ghall-hin. Dalwaqt tinqata’ l-kundanna wkoll. Tardare Si scappare No.

Andrew Azzopardi: Hemm differenza sinjifikanti f’ termini ta’ filosofija, idejat u visjoni, bejn il-PL u l-PN?

Anglu Farrugia: Dwar idejat u termini filosofici politici jiena dejjem nghid li kont u ghadni u sa nibqa’ u cert li ha mmut socjalist konvint. Illum nistqarr li ersaqt ftit lejn ic-centru ghax nemmen li min irid jahdem maghna ghandu jkollu l-ispazju, imma qatt ma sejjer nitlaq il-principji tieghi.

Dawn huma valuri fija li jghinuni ma ninsa qatt minn qed warajja ibaghti. Meta inhares ‘l fuq irrid inkun cert li ma hemm hadd warajja.

Vizjoni hija road map biex tasal, biex tkattar il-gid, imma dejjem mhux a skapitu taz-zghir bhalma gara f’dawn l-ahhar snin taht Gvernijiet Nazzjonalisti. Illum il-klassi tal-haddiema giet umiljata u mkasbra.

Drittijiet jinkisru qiesu ma huwa qed jigri xejn u spicca li pajjizna ghadu wiehed mill-aktar rati gholja ta’ faqar li qed jgholli rasu fost 27 fl-EU. Inkun gifa u bla principji li ma nharisx lejn dawn il-problemi bi principji socjalisti sodi fija.

Ghalhekk il-principji jimxu meta l-vizjoni tkun wahda li qed tiehu hsieb dan kollu. Ara x’gara fl-EU, ghax tilfet ir-ruh socjalista, kollass finanzjarju u zbalji tal-egoisti finanzjarji, banek u l-bella kompanija, spiccaw jduru ghall-istess haddiema biex jaghmlu tajjeb ghad-dnubiet sagrileggi taghhom.

Tal-inqas l-Francizi taw messagg u baghtuh ‘l hemm lil Sarkozy u issa f’Malta jmiss lil Gonzi jmur d-dar. Il-poplu ghandu jifhem li ma tistax tibqa’ tghix f’gidba.

Andrew Azzopardi: X’ inhu r-rwol tieghek fil-PL? X’ kontribut tista’ taghti fil-qasam politiku?

Anglu Farrugia: Ir-rwol tieghi huwa dak ta’ Deputat Mexxej tal-PL ghall-affarijiet parlamentari li statutorjament huwa t-tieni l-ghola kariga fil-PL. Jiena ghandi r-rwol li nassisti lill-Mexxej il-hin kollu u fl-assenza tieghu nkun l-agent tieghu fit-tmexxija.

Nikkordina b’mod regolari x-xoghol parlamentari, u allura nlaqqa’ u niltaqghu regolarment il-Group Parlamentari, nissorvelja u nippilota u mmexxi x-xoghol parlamentari u in-partikolari l-procedura parlamentari li tat hafna frott.

Mhux biex nghid, imma kemm ili Deputat Mexxej irnexxilna bhala Partit fl-Oppozizzjoni li nirbhu vot wiehed wara l-iehor fil-konfront tal-Gvern li spicca llum minghajr maggoranza. Dan sar wara hafna xoghol ta’ konvinzjoni u korrettezza parlamentari fil-parametri tar-regolamenti tal-kamra tar-rapprezentanza.

Naghmel xoghol minn wara l-kwinti fejn nintalab mill-mexxej Joseph Muscat li mieghu ghandi rapport eccellenti li ma jistax jkun ahjar. Joseph huwa persuna li tista’ tahdem mieghu hafna u hekk qed naghmel bla nifs imma b’konvinzjoni.

Andrew Azzopardi: Hija ghazla strategika li inti u d-Deputat Mexxej l-iehor qed tidhru mill-inqas u kollox jidher qed jiccentra fuq il-personalita’ tal-Leader? Taqbel ma’ din l-istrategija? Din tinterpretaha bhala nuqqas ta’ fiducja fikom?

Anglu Farrugia: Dwar kemm nidher jew le nahseb li ghandek zball. Ghax filwaqt li nemmen li l-Leader huwa l-persuna ewlenija fit-tmexxija, imma naccertak li nidher u ma ghandhix ghalfejn le.

Anzi jiena hajti ghextha b’ korrettezza kbira , dejjem emmint fl-onesta’ u qatt ma kont ipokrita fil-hajja tieghi u ghalhekk emnu fija in-nies kull darba li eliggewni u wkoll internament fejn ingawdi appogg qawwi hafna u dan jixhdu kull darba li iffacjajt il-vot fil-Konferenza Generali. Jiena ghandi fiducja assoluta f’ Joseph Muscat, bhalma naf li huwa ghandu wkoll fija. Hawn nahseb li inti zbaljat sew.

Andrew Azzopardi: Kif tanalizza l-klima politika tat-tmenijiet?

Anglu Farrugia: Il-Klima politika tat-tmenijiet, jigifieri inti trid tmur lura aktar minn 30 sena? Jiena nista’ nghidlek li ma kontx fil-politika dak iz-zmien. Jiena dhalt fil-politika fl-1996 meta kien hemm in-Nazzjonalisti u kkontestajt l-ewwel darba fl-elezzjoni, f’ Ottubru 1996, allura minn hemm ‘l quddiem nista’ nghidlek ghax hemm kont involut.




7 Comments Comment

  1. Hibernating from Malta says:

    This line should be put in bold – or even gold!

    “kont u ghadni u sa nibqa’ u cert li ha mmut socjalist konvint. Illum nistqarr li ersaqt ftit lejn ic-centru ghax nemmen li min irid jahdem maghna ghandu jkollu l-ispazju, imma qatt ma sejjer nitlaq il-principji tieghi.”

    In other words, he’s become “centrist” till the election, and “l-ghada ta l-elezzjoni” it’s back to socialism u “jigi jitn*jjek min dak l-weghed qabel. L-aqwa li tellajtuni fil-gvern, imbghad naghmel dak li rrid jien.”

    Its pure “kilba ghal poter” as the PN regularly say.

  2. Matt B says:

    “Anzi jiena hajti ghextha b’ korrettezza kbira , dejjem emmint fl-onesta’ u qatt ma kont ipokrita fil-hajja tieghi.”

    That’s rich, considering his rather… chequered history.

  3. NikiB says:

    “Il-Klima politika tat-tmenijiet, jigifieri inti trid tmur lura aktar minn 30 sena? Jiena nista’ nghidlek li ma kontx fil-politika dak iz-zmien.”

    Tal-Lejber don’t like to talk about their past because they are ashamed of it.

    By his own admission he was a “socjalist” then as he is now, so he must have had an opinion about how well the party he supported was behaving on government. He should also have a view on how the Police Force, of which he formed part of, behaved at the time. But of course, he won’t comment.

  4. Adrian says:

    He might not have been involved directly in politics in the 80s but he was living in Malta and he was a police officer.

  5. Clint says:

    So he doesn’t want to comment regarding the 80s because he wasn’t in the politics yet. Then what inspired him to join the MLP a couple of years later?

Leave a Comment