The travels of Anglu Farrugia – and this time, there are no elephants involved
Anglu Farrugia is having a whale of a time on his frequent one-man delegations to wherever. Like others in the Labour Party – oh sorry, he isn’t any more, is he – he seems to think of work trips as a form of pleasure: insiefru u nivvjaggaw.
The latest is his visit to Florence. But I am astonished. Why exactly is the Speaker of the House representing MALTA rather than parliament at commercial meetings with companies, banks and other potential investors?
X’tahwid.
A Department of Information press release:
L-ISPEAKER IKOMPLI BIL-LAQGĦAT ĠEWWA FIRENZE
Matul il-jum tas-Sibt 5 t’Ottubru, komplew sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi kumpaniji li qed juru l-intenzjoni li jressqu l-investiment tagħhom lejn Malta.
L-ewwel laqgħa nżammet fil-kwartieri tal-bank Del Vecchio, bank li ilu miftuħ aktar minn mitt sena u huwa magħruf l-għaliex huwa bank Firenzjan privat.
Id-Direttur Ġenerali tal-Banco Del Vecchio, Vezio Manneschi wera l-apprezzament lejn id-delegazzjoni li akkumpanjat lill-iSpeaker, li laqgħet l-intenzjoni tal-bank li wera interess fil-possibilità li jiftaħ fergħa f’pajjiżna.
Aktar tard saru laqgħat oħra fosthom ma’ sidien ta’ kumpanija fil-qasam tat-turiżmu.
Inżammet ukoll laqgħa oħra mal-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia, minn Direttur tal-kumpanija Mathema, li taħdem fil-qasam tal-IT. Alessandro Bellini spjega l-importanza u s-sigurtà li tħaddan is-sistema tal-electronic voting partikolarment għall-Maltin li jgħixu barra.
Aktar tard, inżammet laqgħa oħra mad-diretturi Tal-kumpanija CS33, Federico Bertolani u Jacopo Piccioli. Il-kumpanija tinsab f’diskussjonjiet mar-Russja, Guatemala biex tiftaħ l-uffiċini tagħha ta’ relazzjonijiet professjonali Taljani taħt saqaf wieħed flimkien ma’ dawk tal-pajjiż rispettiv. Il-kumpanija CS33 tul il-laqgħa, poġġiet l-interess tagħha li tressaq l-interessi tagħha wkoll f’Malta.
L-iSpeaker tenna li l-Associazione per il Commercio Italo Maltese li għadha kemm bdiet il-ħidma tagħha, uriet minnufih il-kapaċità tagħha permess tas-sensiela ta’ laqgħat ta’ livell għoli u b’interess ekonomiku li jibbenefikaw minnu ż-żewgt pajjiżi ġirien, Malta u l-Italja.
Preżenti għall-laqgħat li nżammu mal-President tal-Kamra l-Onorevoli Anglu Farrugia, l-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier, is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Dr Antonio Pangallo u l-President, Dr Helga Fiori.
13 Comments Comment
Leave a Comment
“Bank Firenzjan privat”. Ostra x’injoranza ta’ nies. Never heard of the proper “Bank Fjorentin”?
L-injoranza kienet, ghada u tibqa’ tirrenja.
Isn’t it demeaning towards the country as well as towards himself, for the speaker of the house to do this kind of legwork?
If I were a director of an Italian company and an actual MP came all the way to beg me to open shop in his country, I would be thinking to myself “ma che sono questi…morti di fame?”
You can just imagine what those posh northern Italians must think when they get sight of this uncouth, badly-dressed ‘burrino’.
This could easily be portrayed as treason under the right circumstances. Shame Jeffrey isn’t there to instigate a vote.
Firenzjan. Hekk ghidilhom il-Fjorentini. U l-Beltin Vallettjani.
Join the government (or become Speaker) and see the world.
Typical ‘qatt ma raw xejn’ Labourite thinking. Their idea of the perfect job: a good ‘wage’ with lots of travelling involved.
Stejk Firenzjan?
Ma hadux mieghu lil Franco Debono? Dak fan kbir Firenzjan.
Is-sinjura Frazier mhiex “ambaxxatrici” imma “ambaxxatur”.
Dak biex jimxi fuq il-passi ta’ Lorenzo il Magnifico. Hasra li Michelangelo ma kienx hemm ghax kieku kien jimmudella lilu ghal David.
“…u huwa magħruf l-għaliex huwa bank Firenzjan privat.” Really makes sense. Totally.