‘L-ANDROIDI GHAL MIN JIVVUTAW?’ Malta’s first science fiction novel, by H. P. Baxxter

Published: October 5, 2015 at 1:50am

FRANCO DEBONO 1

It is the year 2018, and Franco Debono is standing for election on the Labour ticket.

KAPITLU 1

Zewg pulizija m’ghola hawn waqqfu lil Bakkster fil-bieb. Kienu mir-Rapid Intervention Unit, u bhall-pulizija l-ohra kollha, minbarra l-Kummissarju, kienu pulizija bionici – massa ta’ materjal organiku u xaham b’ezoskeletru mekkaniku. Wahda mill-weghdiet tal-gvern Lejber kienet incentivi ghall-uzu tal-IT, u ballec zammha din il-weghda.

“ID hi!” qalet il-vuci elettronika, waqt li zewg Glocks mghammra b’rail gun ippuntaw lejn ras Bakkster.

B’idu tirtoghod, kixef ftit il-polz biex jaqrawlu c-cippa bil-card reader. Identity Malta kienet qalbet ghal sistema elettronika fl-2016. Kullhadd – minbarra l-membri tal-Kabinett u l-familji taghhom – kellu cippa impjantata li tittrekkja l-moviment kollha u tirregistra sal-inqas azzjoni. Kollox jidhol f’database centrali fejn l-imgieba ta’ kullhadd tigi analizzata u kontrollata. Kollox mahdum bizzilla – bizzilla cibernetika.

Qrawlu c-cippa u tawh daqqa ta’ sieq ‘il gewwa, li xehtitu f’nofs il-kuritur tal-post tal-votazzjoni.

Qam, mesah kif seta’ d-demm minn irkopptu mibruxa, u dahal jivvota.

Il-vot, bhal hafna affarijiet ohra, kien elettroniku. Tisswajpja sebghek fuq tablet, imbaghad il-vot Alla m’ghamlu. Inshallah, insomma. Imma trid tafda fis-sistema. Inkella x’jibqalek?

Beda jiskrowlja u jaqra l-lista tal-kandidati. Fuq nett tal-lista Lejber kien hemm isem: FRANCO.

Kien ilu mill-2015 jihhintja li se johrog, u kelmtu zammha. F’Dicembru 2015, ghal Jum ir-Repubblika, habbar ufficjalment fuq Facebook li se jkun kandidat mal-Lejber. Fl-2016, fil-konferenza generali tal-partit, ghamel diskors ta’ saghtejn li rieghed il-Mile End. L-applaws instema’ sa hdejn il-Queens. Baqa’ u baqa’, u kiel l-ghetiebi tal-istazzjonijiet tal-televixin kollha, u mar fuq kull programm u gennen lil Malta bid-diskors u l-elokwenza tieghu. Fil-bidu tal-2017, wara l-mewt ta’ Louis Grech, sar deputat mexxej u gie co-opted fil-parlament. Rega’ ha postu bhala Membru tal-Oghla Istituzzjoni fil-Pajjiz.

Is-sajjetta faqqghet fil-31 ta’ Marzu 2017. F’diskors fuq ix-xatt ta’ Bormla, Joseph Muscat habbar li se jirrizenja b’effett immedjat. Ma tax spjegazzjoni, u l-pajjiz sploda bl-ispekulazzjoni. X’seta’ gara? Ghaliex? Jirrizenja meta kollox kien sejjer manjifikament tajjeb u r-rebha tal-2018 kienet tant ovvja li kienu nixfu l-imhatri kollha?

In-nies baghet bil-mistoqsija mdendla, u kienet ghadha mbikkma, jewilla, meta f’April tal-2017, f’elezzjoni fejn hu kien l-uniku kandidat, Franco gie elett Mexxej tal-Partit Laburista.

Fl-ahhar sab il-post li tant kien jisthoqlu. L’apice della piramide, kif kien ihobb jghid Lowell (elett president tar-Rhodesia wara l-kollass totali taz-Zimbabwe fl-2016).

Bakkster ma ezitax sekonda. Sebghu mar fuq l-iskritta FRANCO, u swajpjaha. Kif kien programmat fis-Sistema Gdida ta’ Votazzjoni Moderna Ghalik, minflok is-silenzju tal-wahx tal-kamra tal-votazzjoni, u l-grif tal-lapes tal-bennejja fuq il-karta tal-MG, mill-ewwel telghet ologramma tredimensjonali, bil-kandidat lajfsajz. Kien hemm soundtrack ckejkna wkoll. Kien l-Innu Malti kompost mill-Winter Moods, rebbieha wkoll tal-Konkors Nazzjonali Ghal Innu Malti Gdid.

Ic-cippa impjantata f’kull votant kienet qed tahdem bully. Kollox kien programmat, imma kollox baqa’ demokratiku. Id-diskors ologrammatiku u sgrammatizzat tal-kandidat u Mexxej dam xi nofs siegha. Sadattant, il-kju li ngabar kien ilahhaq mil u nofs. Is-sistema gdida tal-votazzjoni interattiva kienet ultra-moderna, u l-ologramma kienet tant perfetta li r-realtà virtwali kienet qisha ta’ veru. Il-kju, dak, kien biss percezzjoni.

Il-voti gew maghduda istantanjament, u ovvjament ir-rebbieh kien Franco.

Dak il-lejl, il-lejzers potenti fuq il-bejt ta’ Kastilja ipprojjettaw ologramma gdid, li deher ma’ Malta kollha. Kien dak il-wicc tal-King. U tahtu, deher messagg semplici, skjett, u lapidarju: HEKK, HUDU GO FIKOM.