Apparently this one is now going around saying that he “comes from a PN background”

Published: March 6, 2017 at 10:39am

Għax issa xamm li forsi għandhom ċans jitilgħu n-Nazzjonalisti. Ktibta bil-Malti għax ma jifhimx saħta bl-Ingliż.

Imma jekk Joseph joffrilu xi biċċa art prima biex jiġi square ma’ Silvio Debono u ma jibqax jgħir għaliħ, jerġa imur jilgħaqlu l-pett taż-żarbun u jorganizzalu d-dinners ma’ qabda qħab bħalu mingħalihom li se jimlew it-tebut bil-flus, biex jerġa jitla jiġri t-taraġ ta’ Kastilja miegħu u jerġa iqazzez lil kulħadd.

X’mingħalih li se jagħmel dan il-biċċa imbarazz ta’ Sandro Chetcuti – jorganizza xi raba sular għal Partit Nazzjonalista kif għamel għal tal-Labour ħames snin ilu?

Hu għen biex iġib dan il-gwaj kbir fil-pajjiż, u issa jista jmur jinħeba ġo xi biċċa concrete ikraħ minn li għandu, u jieħu lil Joseph u l-bqija tal-pxat korrotti miegħu.