“The Maltese public does not need protection from journalists. It needs protection from police abuse.” – former senior police officer

Published: March 3, 2017 at 9:52am

Gaetano Pace, a former police officer who was in the corps through the worst of the 1980s, has written this comment beneath my post about how the Commissioner of Police is preventing the further investigation and prosecution of the Prime Minister’s chief of staff, Minister Konrad Mizzi and other suspected criminals involved in their network.

The government is working hard to convey the impression that the general public and politicians need protection from errant journalists, but he writes: the public does not need protection from journalists, but protection from these (police) abuses which throw the doors wide open to criminality.

His comment, in Maltese, is below. It merits a post of its own because it highlights the important point that in going after journalists with extreme laws and penalties, while failing to enact laws to regulate the police, these corrupt politicians in power are working only to protect themselves on both counts: making sure they are protected from investigation by both the police and journalists.

————

Hu fl-interess tal-poplu li, flok ikun protett mill-ġurnalisti, ikun protett minn dawn l-abbużi li jiftħu l-bibien tal-kriminalità beraħ.

Jaqtgħu id u saqajn il-Korp tal-Pulizija. Ikun aktar ta’ fejda li kieku Evarist Bartolo tal-Edukazzjoni jingħaqad ma’ Owen Bonnici tal-Ġustizzja u jfasslu liġi li tipproteġi lill-poplu minn dawn l-abbużi reminixxenti tas-snin tal-Labour ta’ Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici.

Jien kont fl-Association tal-Pulizija nirrrappreżenta l-uffiċjali. Eddie Attard kien jirrappreżenta lill-kuntistabbli u s-Surġent Marshall jirrappreżenta lis-surġenti. Kont ġejt imsejjaħ biex immur course l-Ingilterra. Kull darba niġi msejjaħ biex nipprepara għax kont sejjer. Kull darba jiġi mibgħut ħaddieħor minfloki. Mar Anġlu Farrugia, mar Andrew Seychell u xi ħadd ieħor ukoll.

Darba minnhom bagħat għalina l-Kummissarju u qalilna li għandu messaġġ għalina mingħand il-Prim Ministru Dom Mintoff. Qalilna, “Tibqgħux tissikkaw lill-Prim Ministru għal żidiet u kundizzjonijiet tax-xogħol.” Għednielu, “X’inqala’?” U qalilna li dawk kienu struzzjonijiet mingħand il-Prim Ministru.

Ftit wara ngħatajt l-ordni biex immur nippakkja għax kont sejjer il-course. Niftakar ġejt mgħarraf filgħodu f’nofs investigazzjoni, tant li ma kellix ċans immur insarraf xi flus. Kelli niddependi fuq il-kollega tiegħi Joseph Azzopardi just in case ikolli bżonn.

Waqt li kont qiegħed Wakefield fuq il-kors, kont inċempel biex nara kif baqgħu. Kont ġejt mgħarraf li kien inħatar spettur ieħor minfloki u li minn dak li konna kważi ksibna, il-pulizija ma kienu ħadu xejn.

Li konna ħadna kien li meta konna nkunu qed ninvestigaw lil xi ħadd, kien iħabbtilna ma’ wiċċna kliem bħal, “Nispera li noħroġ ħaj minn hawn” u bħal “Ma għandkomx x’tagħmlu? Għax ma tarawx lil dak u lill-ieħor,” (u jsemmulna ismijiet). U, “Lili qed taraw, għax m’għandix ministru jaqbeż għalija?”

U min mill-Pulizija nesa l-famuża frażi, “Għax immur għand min għandi mmur u ntajruk minn hawn”?

Min nesa dan it-theddid, min nesa t-transfers, min nesa l-eżami li kienu jwaħħluh meta jkun (għadda) meritatament, ikun ħaqqu li jiġi promoss u minflok jitwaħħal fl-eżaminazzjoni?

Jekk hawn xi ħadd xettiku u jrid il-provi, ma għandi ebda biża’ minn ebda liġi u ma għandi biża’ minn ħadd, U min irid il-provi, ngħaddu għall-fatti bl-ismijiet, bil-postijiet kompluti b’kollox.

Tant qed jinkiteb biex intenni li l-poplu mhux mill-ġurnalisti għandu bżonn ħarsien u protezzjoni, imma minn min jabbuża mill-Korp tal-Pulizija.

Dan kollu wkoll fl-interess ta’ dawk il-kuntistabbli, surġenti, maġġuri, spetturi u supretendenti li jridu jagħmlu dmirhom u ma jistgħux – kif ma stajtx jien meta ngħatajt għexieren ta’ transfers, wieħed minnhom nofs siegħa biss Raħal Ġdid, għax ma ridtx nirtira kawża li fiha xlejt kriminal mill-Furjana u persuna magħrufa miż-Żejtun għax ħebbew u sawtu kuntistabbli wara li ġew mal-marmalja Laburista jħebbu għalina nofs tużżana b’kollox biex ikissru l-każin Nazzjonalista tal-Furjana.

Lawrence Cutajar, the Commissioner of Police, who was installed to prevent the prosecution of Keith Schembri, Konrad Mizzi and other suspected criminals in their network.