More from Wacko Nation: Marlene Pullicino, her paRRRRRtneRRRR, the Count of Montekristo and tal-festi
It’s a shame I don’t read Illum, because I missed this and only came across it yesterday when I ran an internet search on Marlene Pullicino, her paRRRRRRRtneRRRRRR Godfrey Farrugia and the Kazin Banda San Filep.
Honestly. Somebody please show me the normal people because I’m getting desperate here. If ever we needed further proof that our feasts are pagan and not Roman Catholic, it’s in the identity of the three people financing and spearheading this project, the exemplary Roman Catholics Marlene Pullicino (who dumped her spouse and children), her lover Godfrey Farrugia (who dumped his) and the Count of Montekristo (who has an arrangement).
It’s just too, too much.
11 October 2009
Marlene Pullicino u ċ-Ċaqnu f’attività nazzjonali favur il-festi
Julia Farrugia
Mill-ġdid fl-aħbarijiet id-Deputat Laburista Marlene Pullicino li flimkien mal-kuntrattur Charles Polidano, iċ-Ċaqnu, qed tiffinanzja u tippromwovi attività nazzjonali dwar il-futur tal-festi f’Malta.
Illum hi nfurmata li nhar il-Ġimgħa mijiet ta’ persuni fosthom ċittadini komuni, każini tal-baned, soċjetajiet, għaqdiet tal-armar u tan-nar, irċevew invit biex nhar il-Ġimgħa li ġej jattendu għal festin u djalogu dwar il-futur tal-festi. Magħhom kienu mistiedna wkoll il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat.
“Għaldaqstant meta t-tkarwit ta’ tibdil impost qed jinħass, nemmen li għandna niltaqgħu, nitħaddtu u flimkien niġbru proposti għat-tisħiħ tal-festi,” jgħid l-invit ta’ Marlene Pullicino.
Din l-attività kienet organizzata f’temp ta’ ftit jiem u nħolqot biex tiddiskuti d-dokument tal-Knisja mniedi din il-ġimgħa dwar il-futur tal-festi. S’issa ħafna gergru bit-tibdil propost, fosthom dwar il-marċi u l-ħruq tal-murtali.
Mitlub jikkummenta dwar din l-attività, Godfrey Farrugia, is-sieħeb tad-Deputat u l-organizzatur tal-festin, ikkonferma li l-attività se tibda fit-8pm u tintemm tliet sigħat wara fil-MonteCristo f’Ħal Farruġ.
“Se tkun attività ta’ ikel u xorb b’xejn u li permezz t’hekk tlaqqa’ lil dawk in-nies kollha li għandhom għal qalbhom it-tradizzjonijiet Maltin u l-festi. Dan se jkun il-mument li nitkellmu ċar u tond x’irridu dwar il-festi.
“Irridu li n-nies isemmgħu leħinhom fil-privat u b’mod oġġettiv u ċivili u din se tkun l-okkażjoni ideali biex isir qsim ta’ dawn l-ideat,” spjega Farrugia.
“Il-finanzjament se jsir minn Marlene Pullicino u sibna l-għajnuna finanzjarja ta’ Charles Polidano. Dakinhar se jkollna sitt kelliema, wieħed minnhom kappillan, kif ukoll persuni li jaħdmu fl-armar, fin-nar u mal-baned, li se jagħmlu diskors iffukat u qasir ta’ tliet minuti kull wieħed dwar is-suġġett.”
Imma l-ħsieb wara l-attività jidher li se jmur pass ieħor ’l quddiem – l-imbuttar ta’ petizzjoni li s’issa d-dettalji tagħha u l-kontenut qed jinżammu mistura mill-organizzaturi.
Il-Kurja talbet biex sat-30 tax-xahar tirċievi r-rapport mill-għaqdiet lokali tal-baned bir-reazzjoni u s-suġġerimenti. Dan mistenni jkun il-bidu ta’ dan il-proċess ta’ ideat u reazzjonijiet.
“Qed nistiednu anke liċ-ċittadini komuni biex nhar il-Ġimgħa jiġu għall-attività u jiġu lebsin it-tshirt tal-festa jew l-emblema li turi l-identità tas-soċjetà li jirrappreżenta.”
Kemm id-Deputat Laburista Marlene Pullicino kif ukoll Godfrey Farrugia huma akkaniti tal-festi Maltin. It-tnejn li huma għandhom il-liċenzja biex ja˙dmu n-nar u t-tnejn huma Presidenti Onorarji ta’ bosta soċjetajiet differenti.
Farrugia hu President Onorarju tal-Banda San Filep ta’ Ħaż Żebbuġ u tas-Soċjetà Santa Marija tal-Qrendi. Marlene Pullicino hi President Onorarju tal-Karmnu taż-Żurrieq, ta’ San Ġużepp ta’ Ħal Safi, San Filep f’Ħaż Żebbug u President Onorarju tas-Soċjetà Filarmonika ta’ Lourdes fil-Qrendi.
Il-persuni li qed jorganizzaw din l-attività ibbukkjaw numru ta’ reklami f’gazzetti lokali iżda sabu bieb magħluq mill-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.
“In-Nazzjon u Il-Mument irrifjutaw ir-reklam bi ħlas li ridna nagħmlu. L-iskuża li ġabu kienet li din, skont huma, hi attività politika. Dan mhux il-każ,” qal Farrugia.
Mistoqsi jekk id-Deputat Laburista ġabitx il-permess mill-Partit Laburista biex tagħmel din l-attività, it-tweġiba kienet fin-negattiv.
13 Comments Comment
Leave a Comment
Absolutely no words! Was there any vital comment after this summit meeting of the Festa Brains?”
hmmmmm……ahjar ma niftahx halqi!
What a pity that I don’t have a T-shirt tal-festa. I would have accepted the invitation.
Marlene had better not mess with the Count of Montekristo.
” … mijiet ta’ persuni fosthom ċittadini komuni …”
I wonder kemm kien hemm cittadini spexjal.
It’s like, trying to make sense out of nonsense.
I have no idea what an Honorary President of a festa/band club does but whatever it is can’t be too demanding: Marlene Pullicino Orlando is president of no less than four such clubs. And Godfrey Farrugia another two.
The press release said: “there will be free food and drink and this will bring together all those who have Maltese traditions at heart.” They make it sound as if free food and drink are a Maltese tradition. Maybe they are.
Excitement unlimited!
Tajba din! Nixtieq nara lill-Onorevoli Marlene Pullicino tahdem in-nar.
I was under the impression that ic-Caqnu was vilified as a baruni or habib tal-hbieb in the past and anything that had to do with him inevitably meant that the government was corrupt. Since when is he a friend of Labour?
I read your articles backwards, Daphne so this article links with the next one i.e. Super one taking advertising for the power station from the government. That is one of the things that sets the two parties apart: one tries to run with the hare and hunt with the hounds and the other at least knows when it’s better to run with one and not the other.
X`mentalita tar-rahal, how sweet – min jaf Peppi ta’ Xarabank kienx mistieden jibghat it-tim tieghu jiffilmja.
Jista jkun li Marlene taghmel dan kollu bhalla reklam ghall-professjoni taghha ta’ dentista?
A perverted Chrsitianity indeed
I happen to be a man from Zurrieq and thank God Marlene Pullicino is not an honorary president of our band club. I saw her once speaking on Xarabank about festi and she did the festa lovers no favour at all. She knows very little about festi and the organisation behind them.
I wonder why she is doing all this. She certainly does not represent me on this issue. I love my hometown parish feast, but I do not want these people to use the festa argument as a marketing tool for their electoral campaign, especially in the fifth district.