In-Nederlandiz Itir – Chrafa al zmenijetna miktuba minn H. P. Baxxter
Inspired by this.
Ix-xini bi tliet arbli, jigifieri teknikament mhux xini, imma nsomma, tal-pirata Malti, fil-fatt kursar ghax kollox legal u above board, Egrant, kien qed ibahhar ftit lil’hinn mix-xtut tal-istmu tal-hekk imsejha Panama.
Fuq il-poppa, jippoppaw, kien hemm corma mhux hazin. Ghax dawn kien sibbien ihobbu jidhru, ghax m’ghandhom xejn x’jahbu, u fil-fatt talbu audit mill-Ammiraljat Ingliz, li però kien ghadu ma sabx il-vaxxell sabiex jitla’ abbord u jaghmel spezzjoni. Imma l-aqwa li qalu li talbu audit.
Fil-galley, magenb pappagall multikolorat b’seba’ lwien (izda mhux pederasta) jismu Franco, li kien il-hin kollu, imma l-hin kollu, ghaddej “Riforma! Riforma! Riforma!”, kien hemm bahri liebes gakketta sewda fuq qmis sewda, b’harsa miksura ta’ wiehed **** mejjet, ilegleg flixkun Dutch courage, jew qlubija Nederlandiza.
Mal-arblu mezzan, li fil-fatt mhux dak tan-nofs imma ta’ wara, imma nsomma, kienet qed tisserreb stripper zul minn hawn. Il-policy ta’ open bar kienet tghodd ghalih wisq, u mieghu numru sew minn shabu.
Sadattant, fuq il-pruwa, is-sailing master, li ma nafx kif tigi skond l-akkademja tal-Malti, kien qed jezamina roadmap. Ghalkemm kollha kienu tilfu l-boxxla, kien qed jispjega lil ta’ madwaru li l-ispedizzjoni taghhom kienet costed and doable. L-entuzjazmu leggendarju tieghu kien bla razan, u l-fama tieghu kienet twassal sax-xtut imbieghda tal-port imbieghed ta’ Shanghai, fejn kellu tistennieh, jinghad, mara.
“Di xipp of stejt” qal il-kaptan pirata. U hadd ma fehem x’ried jghid biha izda lkoll kienu impressjonati. “Ja qabda ulied ta’ Nederlandizi doppji, iridu jaqbuna, imma mhux se jirnexxielhom! Ghandi hames snin ohra mill-inqas inhuf u nippiligja! (Orrajt, teknikament tigi ‘nahtaf b’mod sistematiku u vjolenti’ li allura tigi xi haga bhala ‘rapine’ minn ‘raptus’ li minnha giet ‘rape’, allura, skuzi, dan x’inhu jekk mhux haxi?)
“Taghna lkoll!”, qal bahri li kien hdejh, liebes eyepatch fuq ghajnejh it-tnejn…