Another dagger drawn

Published: April 29, 2008 at 8:00am

I will use every weapon in my arsenal to get what I want.

The newspaper Illum has in its possession a copy of a personal letter which Alfred Mifsud wrote to Alfred Sant in the tense weeks leading up to the general election in 1998. The story below, which quotes the letter, is written by Julia Farrugia, who until recently worked in the Super One newsroom before she joined Illum.

Unless somebody has been raiding Alfred Sant’s files, there are no prizes for guessing who leaked this letter to his former employee Julia Farrugia and why. Or maybe Jason did it. Either way, it wasn’t the cleaning-lady, that’s for sure.

Illum, Aħbarijiet | 27 ta’ April 2008 Nr 78

Il-parir ta’ Alfred Mifsud lil Sant dwar George Abela

Julia Farrugia

Alfred Mifsud, il-persuna li llum qed tappoġġa lil George Abela għall-kariga tal-mexxej il-ġdid Laburista, hi l-istess persuna li fl-1998 kienet tat pariri lil Alfred Sant kif jista’ jissielet u jirbaħ kontra l-fazzjonijiet ta’ George Abela u Lino Spiteri u kontra l-fazzjoni ta’ Mintoff.

Illum għandha f’idejha ittra sensittiva datata 10 ta’ Lulju 1998 li qed tiġi żvelata għall-ewwel darba. F’din l-ittra Mifsud kiteb lil Sant, dakinhar Prim Ministru, u fiha saħansitra offra lil Sant li “jekk issir elezzjoni ġenerali, għodd fuqi biex nimla kull post amministrattiv battal li jħalli George Abela.”

Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Mifsud kien mistoqsi x’wassal biex għamel din il-bidla u minkejja li fl-1998 kien ħadem ‘kontra’ Abela issa qed jersaq lejh u jaħdem għalih. “Ghaxar snin ilu kienu ċirkustanzi mod u llum 10 snin wara hemm ċirkustanzi mod ieħor. Jien kulma jinteressani hu li l-Partit Laburista jitla’ fil-Gvern. Jien naħseb li George Abela hu l-aħjar għażla għax l-aktar wieħed li jagħtina prospetti tajbin. Għaddew 10 snin u kulħadd hu 10 snin aktar matur,” saħaq Mifsud.

L-ittra ta’ Mifsud datata 10 ta’ Lulju 1998 inkitbet fit-tieni ġurnata tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista. Mifsud fiha wissa lill-Prim Ministru Sant li “din hi sitwazzjoni li titlob ħsieb ċar u fehma ta’ xi ħadd barrani li tista’ ssaħħaħlek l-analiżi tiegħek u allura ddeċidejt li ndejqek bil-ħsibijiet tiegħi. Hu ċar li bħalissa int qed tissielet kontra minn ta’ l-anqas żewġ fazzjonijiet li konvenjentament ingħaqdu flimkien biex jiġġieldu kontra avversarju komuni. Il-kamp ta’ George Abela u Lino Spiteri mhumiex xi ħbieb ta’ Mintoff imma preżentament l-oġġettivi taż-żewġ kampijiet pjuttost jaqblu ma’ xulxin. George Abela ċarament qed jisfida l-leadership tiegħek. Mintoff qed jisfida l-abbiltà tiegħek li tiggverna.”

Fl-ittra tiegħu Alfred Mifsud iwissi lil Sant li importanti li jifhem x’inhi l-problema għaliex inkella “soluzzjoni hi elużiva.” Mifsud wissa lil Sant li l-għajnuna ta’ George Abela kienet indispensabbli għal Mintoff. “Jekk ma jirnexxilekx takkwista mandat ċar biex issejjaħ elezzjoni bikrija, Mintoff jikseb preċiżament dak li jrid, l-obbligazzjoni tiegħek li titgħallem tgħix bih jew ir-riżenja tiegħek u li tkun mibdul minn xi ħadd li jkun lest jgħix bih. B’dan il-mod Mintoff jikseb in-nomina tiegħu biex ikun President u George Abela jiġi s-salvatur tal-partit għax ikun ġibdu milli jidħol għal elezzjoni li int kont qed tmexxieh lejha. Ikollna wkoll Prim Ministru pupazz,” wissa Alfred Mifsud.

Mifsud ġibed l-attenzjoni li hu kien jinsab “assolutament ċert minn dan ix-xenarju” u għaldaqstant jekk Sant kellu jifhem x’inhuma l-problemi veri u x’inhuma l-oġġettivi ta’ dawk rivali tiegħu, kien ikun f’qagħda li jibda jfassal l-aħjar soluzzjonijiet.

L-eks kandidat Laburista Alfred Mifsud jagħti numru ta’ pariri dwar kif Sant kellu jimxi filgħaxija waqt il-konferenza ġenerali straordinarja fosthom li matulha jikseb vot li ma jkunx anqas minn 75 fil-mija.
“Id-diskors tiegħek kien mejjet. George Vella kien perfett. Trid b’mod ripetut tfakkar li l-Partit minn stat mejjet wara l-elezzjoni tal-1992 wasal għall-akbar rebħa li qatt għadda minnha, dik tal-1996. Trid tagħmilha ċara li l-ħatra tiegħek ta’ Prim Ministru ġejja mill-elettorat u mhux mill-Partit biss u li int kommess lejn l-elettorat u la lest tkun pupazz u lanqas m’int lest tagħmel spazju għal xi ħadd li jrid ikun pupazz.”

Taħt il-firma tiegħu Alfred Mifsud għamel nota lil Alfred Sant fejn fiha qallu li jekk issir elezzjoni ġenerali seta’ jserraħ fuqu biex ikun hu li jimla kull vojt amministrattiv li jitħalla minn George Abela.




5 Comments Comment

  1. Herbie says:

    Was this a mere coincidence. Illum publishes Alf Mifsud letter to Sant, Mintoff turns up at George Abela’s meeting in Qormi. I sincerely hope this was a set up. However
    I didn’t like Abela’s comment saying he was honoured to have Mintoff amongst his audience. “Honoured!!!!!” having that dreadful person around!!! It gave me the shivers down my back. Will we be taken up the same path of those aweful years should Abela be successful in his bid and possibly one day becoming Malta’s Prime Minister.

  2. Biker Bob says:

    Anyone else getting flashbacks of the 1992 leadership election tactics or is it just me?

    Anyone else seeing that George Abela is going to share the same fate of Lino Spiteri i.e. getting shafted by the ‘party machine’?

  3. amrio says:

    While the publishing of that letter in Illum seems very likely to be a stab in the GA’s back in Brutus style (after all, I think Alfred Mifsud is publicly backing GA, right), Mintoff’s presence at GA’s meeting is a self-inflicted wound.

    Let no one condemn me of U-turns! I have been saying I don’t share other bloggers’ views as regards GA’s validity ever since he expressed the wish the enter the Labour Party’s leadership race.

  4. Alfred Mifsud says:

    Julia Farrugia asked for my comments which were published alongside the article. Basically I told her that we are now all 10 years more mature.

    It is the sign of consistency to change one’s mind in the face of changing circumsntances. And oh how circumstances have changed since I wrote the leaked memo!

    All I can say is that George Abela probably knew Alfred Sant better than I did in 1998 but I have since caught up having added 10 years direct experience of AS.

    More on this in my column of next Friday!

  5. Francis V says:

    I don’t think GA was joking when he said that the party “machinery” was working against him. If any proof was needed here it is.

Leave a Comment