Charlon Gouder's demand for police action: here's the statement I gave the interrogating officer
X’gara nhar it-02 ta’ Marzu 2010 ghal habta tas-1330hrs fi Triq Repubblika, Valletta ma Charlon Gouder?
Meta hrigt mill-Qorti, sibt il-cameras tal-Partit Laburista, cameras kemm tal-filmat kif ukoll tar-ritratti, u mal-cameraman kien hemm Charlon Gouder li jahdem fil-media tal-Partit Laburista. Dawn il-cameraman u fotografu u Gouder bdew jigru warajna. Konna qieghdin jiena u tnejn minn huti, l-avukat tieghi Roberto Montalto u r-ragel tieghi Peter Caruana Galizia. Bdew jigru warajna, u iddroppjaw il-microphone tal-camera tat-television ghal fuqna biex joqodu jissemmghu x’konna qieghdin nghidu bejnietna. Fil-fatt, hargu filmat fuq is-Super One, it-televixin tal-Partit Laburista – hargu filmat fejn jien u l-avukat tieghi konna qed nitkellmu b’mod privat u xandru l-konverzazzjoni taghna, konverzazzjoni privata fuq in-news.
Fil-fatt, tant kemm grew warajna li ppruvajna ninzlu fi Triq Santa Lucia u gew warajna. Waqafna nitkellmu fuq il-bankina u qaghdu dritt fuqna xi nofs metru boghod minnha. Ergajna tlajna Triq ir-Repubblika, imxejna sa Pjazza Regina u kienu ghadhom warajna.
Xtaqna noqghodu f’restaurant hemmhekk barra fil-pjazza u spiccajna ma stajniex ghax baqghu jiffilmjawna sa l-ahhar. Spiccajna ohti kellha tmur hdejn il-qorti, sabet pulizija mara u gabitha ghall-ghajnuna. L-ewwel din il-pulizija qaltilhom biex jieqfu, u il-cameraman tal-partit Laburista, li jismu Byon Jo Zammit, beda jargumenta maghha u jghidlha li ‘it’s a public place’ – qalha bl-Ingliz – u li jista jiffilmjana kemm irid.
Jien ghidtlu li fil-kaz tieghi forsi ghandu argument ghax jiena ‘I am in the news’ bhala public figure, imma huti huma persuni kompletament privati u li joqghod jiffilmjhom, mill-vicin, meta huma ghaddejjin ghall-affari taghhom, huwa ksur tal-ligi tad-data protection.
Gie fuq il-pulizija Charlon Gouder, u hi kif ratu inhallet, u bdiet tidhaklu, u qabadha minn dirajha qisu kien il-pulizija hu u hi xi imputata, u hadha minn hemm. Sparixxew it-tnejn. Jien ippruvajt naralha n-numru imma ma rajtx numru fuq il-gakketta taghha, imbaghad xi hadd qalli li dik spettur u spettur ma jkollux numru. Imma jien ma nafx hux veru jew le.
Hemm din l-istorja ghaddejja minn xi sentejn ilu: fil-kampanja elettorali harget din l-istorja li Charlon Gouder kien qieghed Albert Town il-Marsa u insterqitlu l-portmoni tieghu u hu imbaghad mar f’ghassa u ghamel rapport lill-pulizija fejn qal li fil-fatt kien Albert Town u kien hemm mara li waqfitlu l-karozza u b’xi mod haditlu l-portmoni.
Kien hemm anke rapport b’mod ta’ video imtellgha fuq is-sit youtube.com li rawh ghexieren ta’ eluf ta’ nies u li sa fejn naf jien qatt ma ghamel kwerela dwarha u qatt ma hareg stqarrija biex jiccara l-affarijiet u jghid li din l-istorja mihiex vera.
L-istorja ilha ghaddejja sentejn shah minghajr kelma wahda min-naha ta’ Charlon Gouder. Jien nghid li kieku jiena kont fil-pozizzjoni tieghu bhala bniedem li jispikka fil-Partit Laburista kont inhoss il-htiega u d-dover lejn il-partit tieghi u dawk li jimpjegawni li din l-istorja noqtolha billi nghid li dak li ntqal m’huwiex minnu.
Ghandu jkun Charlon Gouder nesa li jena m’iniex politikant imma li ili nahdem bhala gurnalista ghal izjed minn ghoxrin sena u bhala gurnalista ghandi mhux biss id-dritt imma l-obbligu insaqsieh jekk din l-istorja hija l-verita jew le.
Hu kellu kull opportunita li jwegibni hemmhekk stess u li jiffilmja r-risposta tieghu bhalma iffilmja d-domanda tieghi, u minnflok ghazel li jzomm sieket u icempel lill-avukati tieghu Andy Ellul u Vince Micallef u jghidilhom biex jaghmlu kwerela biex nigi investigata mill-pulizija. Sal-lum bqajna, ghax mhux jien biss qed nistenna risposta ghal dik id-domanda, minghajr risposta dwar il-fatti ta’ dik l-istorja tas-Sur Gouder, il-portmoni u Albert Town.
Nghidlek sew li din l-istorja fost affarijiet ohra ktibthom fis-sit tieghek daphnecaruanagalizia.com?
Niftakar li ktibt xi haga dwar dawn l-incidenti, iva.
Nghidlek sew illi din l-allegazzjoni ta’ Charlon Gouder, il-portmoni u Albert Town ghedtielu fi Triq ir-Repubblika il-Belt ukoll?
Jien l-anqas kont qed nghid lilu. Fil-fatt kont qed insaqsi lir-reporter taghhom dwar din l-istorja. Hu kien qieghed hemm imma kien fil-genb dak il-hin u lanqas kont qed inhares lejh. Fil-fatt, huma tas-Super One ghandhom il-filmat.
Tiftakar ezatt x’kien id-diskors li ghedt?
“Veru li Charlon Gouder mar ma’ qahba Albert Town u serqitlu l-portmoni?” Fil-fatt, dik hi l-istorja. Forsi kien jippreferi li nuza l-kelma ‘prostituta’ ghax tinstema ahjar. Imma jien meta jkun hemm kelma bil-Malti ma nuzaghhiex bit-Taljan.
Inti thoss illi b’dan il-kumment ingurjajtlu u/jew malafamajtu lil Charlon Gouder?
L-anqas xejn. Anzi tajtu kull opportunita biex iwegibni u sa anke ktibt fuq il-website tieghi li jekk jixtieq jikteb xi haga biex jinnega jew jiccara il-fatti ta’ dik l-istorja, jien intellaghhielu fuq il-website tieghi ghax nirrispetta il-ligi ta’ l-istampa u l-klawsola dwar id-dritt tar-risposta, jghidulha ‘right to reply’.
Fil-fatt, insibha l-vera stramba li bniedem li jahdem bhala gurnalist – avolja fil-Partit Laburista – u li huwa ukoll student tal-ligi, ma jafx x’jghid il-Press Act, il-ligi tal-istampa, u minnflok juza r-right of reply, iqabbad l-avukati u jaghmel kwerela lill-pulizija.
L-avukati tieghu imisshom jafu l-ligi bizzejjed biex jafu x’tghid, u misshom tawh parir li juza ir-right of reply kif offrejtlu jiena stess.
2 Comments Comment
Reply to red nose Click here to cancel reply
You deserve an LL.D (Honoris Causa).
How stupid of him to raise this stink again! he shold have smothered the story immediately. But lawyers need to live as well.
[Daphne – I don’t think he could see past the immediate reaction of rushing to report me to the Valletta Police Station on the same afternoon – such an amazing coincidence – that Mrs Scerri Herrera did. The chavs are taking over the country.]