Time to refresh that wet rag Mugliett’s memory

Published: June 21, 2012 at 9:18pm

The Labour Party’s official newspaper, KullHadd, on 11 July 2007 published this piece on corruption in Jesmond Mugliett’s ministry, by one of his canvassers and others.

It is all about how the prime minister, Lawrence Gonzi, backed this weasel against demands for his resignation.

And then he repays him by going into a four-year sulk because he wasn’t made a minister again in 2008.

Well, you know – we’re all wiser after the event. The Nationalist Party should have kicked him off the list in March 2008. Il-gurnata minn filghodu turik.

Oh, and do be sure to read the last line of this article very carefully, and register it.

————-

Id-dikjarazzjoni li ghamel fil-Parlament nhar it-Tlieta, dwar il-kaz tat-tkeccija ta’ zewg ufficjali ta’ l-Awtorita tat-Trasport, il-Ministru Jesmond Mugliett kompla jimbarazza lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi.

Iz-zewg ufficjali, Jason Buttigieg u Roderick Galea, li huwa kanvasser ta’ Jesmond Mugliett, kienu nstabu hatja mill-Qorti dwar il-kaz ta’ tixhim fit-testijiet tas-sewqan.

Wara s-sentenza tal-Qorti, iz-zewg ufficjali kienu tkeccew mill-ADT, anke minhabba l-fatt li fis-sentenza taghha l-Qorti interdittjathom ghal ghomorhom, u ghalhekk ma setghux jokkupaw karigi pubblici.

Id-decizjoni ta’ l-ADT li z-zewg ufficjali jitkeccew inbidlet wara li ndahal il-Ministru Jesmond Mugliett u skond hu “ta parir” biex iz-zewg ufficjali jkunu sospizi b’nofs paga, sakemm ikun hemm decizjoni dwar talba ghal mahfra presidenzjali li ghandu z-zewg ufficjali.

Dan ammettieh il-Ministru Jesmond Mugliett innifsu ftit sighat biss wara li l-Prim Ministru Gonzi, fil-parlament, ftahar li “l-passi qeghdin jittiehdu kulfejn ikunu konfermati abbuzi, juri s-serjeta u l-impenn shih tal-gvern li jiggieled b’kull mezz kull abbuz li jkun jista’ qieghed isir u li jinvestiga l-allegazzjoni kollha li jsiru.”

Wara l-ammissjoni ta’ Mugliett, Gonzi baghat ghalih f’Kastija u tah hasla.

Biex jipprova jigbor giehu, Jesmond Mugliett fil-Parlament, nhar it-Tlieta qal li d-decizjoni lit kun ittirata t-tkeccija taz-zewg ufficjali ittiehdet wara diskussjoni kollettiva li fiha kien involut ukoll ic-chairman ta’ l-ADT Joe Gerada.

Kliem Jesmond Mugliett izda ngieb fix-xejn mill-istess chairman ta’ l-ADT li f’ittra pubblikata fil-gurnal ‘The Times’ cahad ghal kollox li huwa jew il-membri tal-bord, kellhom xi sehem f’din id-decizjoni.

L-ittra ta’ Joe Gerada kompliet tpoggi lil Jesmond Mugliett dahru mal-hajt u kompliet timbarazza ukoll lill-Prim Ministru Gonzi, mhux biss ghax kliem Gonzi kompla jingieb fix-xejn, imma wkoll minhabba li l-istess ittra hija indikazzjoni li Jesmond Mugliett ma qalz il-verita fil-Parlament.

Jesmond Mugliett qieghed jirrifjuta li jwiegeb mistoqsijiet tal-gurnalisti dwar dan il-kaz. L-istess qeghdin jaghmlu ministry, segretarji parlamentari u deputati Nazzjonalisti.

Izda minkejja infurmati qrib l-Ufficju tal-Prim Ministru f’Kastilja qalu lil KullHadd li f’dawn l-ahhar jumejn, wara l-pubblikazzjoni ta’ l-ittra ta’ Joe Gerada, kompliet tikber il-pressjoni fuq Gonzi biex igieghel lil Mugliett jirrizenja.

Il-pressjoni qieghda ssir kemm minn ministry u deputati kif ukoll minn uhud fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li qeghdin isostnu li l-kaz qieghed ikompli jtellef bil-kbir il-kredibbilita ta’ Gonzi nnifsu.

Ghalkemm Gonzi sal-lum jidher li qieghed jiddefendi lil Mugliett, l-istess imkejjen qrib Kastilja qalu lil KullHadd li mhux ezkluz li l-kaz ikun diskuss fil-kabinett fil-jiem li gejjin.

Izda l-istess imkejjen qalu li Gonzi mhux mistenni jcedi ghall-pressjoni li qieghda ssirlu u jaccetta li jgieghel lil Mugliett jirrizenja minhabba li ninsabu qrib wisq l-elezzjoni generali.

Min-naha l-ohra, it-tmexxija tal-PN hija nkwetata wkoll ghax in-nuqqas ta’ azzjoni minn Gonzi fil-konfron ta’ Jesmond Mugliett qieghed isahhah l-opinjoni ta’ hafna li “r-ragunijiet vera” ghala Gonzi kien gieghel lil John Dalli jirrizenja minn ministru kienet ghax “dan kien ikkontestah ghat-tmexxija tal-PN.”

F’artiklu ppubblikat fil-gurnal “The Sunday Times” il-Hadd li ghadda, John Dalli qal li ghadu qieghed jistenna apologija u li l-kaz ghadu mhux maghluq.




One Comment Comment

  1. xmun says:

    Tal-misthija. Il-grazzi talli ddefendieh.

Leave a Comment