Labour’s Joe Grima stands up in defence of John Dalli. On Facebook.

Published: October 18, 2012 at 9:39am

Joe Grima, on his Facebook wall:

UE VERU JAQQ

Mill intervista ma John Dalli li tidher hawn taht , johrog fatt li ma jitwemminx. John Dalli jirrakkonta li baghat ghalih Barroso, qralu biss covering letter ta rapport li nkiteb dwaru minghajr ma tah kopja u bla kliem u bla sliem talbu jirrizenja.

Ir regoli kollha tal gustizzja naturali f’pajjizi civilizzati u demokratici titlob li l-akkuzi jinghataw bil miktub lill kull akkuzat u li qabel ma jittiehdu xi passi, l-akkuzat ikollu kull cans li jiddefendi ruhu bl-ahjar mod li jkun jista.

Wara, nies indipendenti li ma jkollhox x’jaqsmu mal kaz, jiflu l-provi u jiddeciedu. Barrroso ma ghamel xejn minn dan anzi, avolja huwa parti nteressata , iddecieda hu stess li Dalli kellu jitlaq. Barroso uriena li l’EU mhix organizzazzjoni demokratika, li fiha ma jirrenjawx ir regoli tal gustizzja naturali u li l-mexxej taghha m’huwa xejn differenti minn dittatur daqs Sadaam Hussein, daqs Hafez el Assad tas Sirja u daqs Ahmadinajad tal Iran.

L-unika differenza bejn Barroso u dawn id dattuturi hi li dawk it tlieta joqtlu n-nies bl’armi u fl EU joqtlu l-vittmi tal oligarkija b’ittra jew b’inqas.

Infakkar li erbat ijiem ilu Barroso kien Malta. Ha l-okkazjoni biex joqghod ifahhar lill Gonzi u L-gvern tieghu u qalilna li dal gvern huwa wiehed mill aqwa tal Ewropa.

Ma qal xejn dwar id dejn li kielna hajjin, ma qal xejn dwar li dan huwa gvern illegittimu ghax m’ghandux magguranza, ma qal xejn li dal gvern li tela b’elf voit jinsab f’koalizzjoni ma wiehed minn tieghu stess, ma qal xejn fuq l-oligarkija, ma qal xejn dwar il power station li tahdem bil heavy fuel oil, ma qal xcjn dwar il hnizrijiet li ghaddejjin qabel l-elezzjoni u ma qal xejn dwar il fatt li 80,000 minn hutna qed jghixu fil faqar.

Ma qal xejn dwar dan, u bir ragun, ghax dak jirrifletti lill GonziPN li nafu ahna u mhux is Santo Subilto (Naghmluh qaddis issa) li ddeskriva hu

L-agir ta Barroso fil kaz ta John Dalli ghailja huwa suspettuz hafna . Ahna ma twelidniex il bierah. Barroso ried jehles minn Dalli dak il hin stess. Malli Dalli jitlaq, imbaghad kulhadd jghid li jrid ghax li skop ikun intlahaq u dak li kien hemm ippjanat ikun sehh.

U allura jien nistaqsi. Fl-interss ta min dan Barroso ikkancella l karriera politkia ta John Dalli? Huwa fl-interss tac cittadini Ewropej li ha din l-azzjoni ? Fl-interess ta dawk il miljuni ta Ewropej li kienu se jibbenefikaw mill ligi ta John Dalli kontra t-tipjip? Jew jista jkun li Barroso ghandu interessi ohra?

L-UE tinten pesta u ma jistax ikun li l-hmieg li hu mifrux ma kullimkien ma jcappasx lill kulhadd . Jidher car li John Dalli kien skomdu ghal hafna kemm f’ tal Pieta u f’Kastilja u certament ghall poter ta Brussels. Jista jkun li l veru Unjoni li sehhet fil kaz ta John Dalli kienet dik bejn id dar Centrali u l-ufficcju ta Barroso. Veru Unjoni Ewropea tal biki u tal misthija. X’ JAQQ!!!




48 Comments Comment

  1. canon says:

    Birds of the same feather flock together.

  2. xmun says:

    A small observation. John Dalli seems to have a fixation with Nordic countries. First it was Sargas form Norway, now Swedish Match from Sweden.

  3. Bubu says:

    Ehe ta. Konfoffa shieha kontra Dalli kienet. Gonzipn ma Barroso u ma tat-tabakk. Tal-misthijja miskin Johnny taghna.

    Sigh.

  4. Jozef says:

    Oh dear, a conspiracy.

    Quick, let’s trace lines between Pieta’, Castille and Brussels to uncover the symbol of the Oligarchy.

  5. maryanne says:

    Dan l-argument ma jghoddx. Barroso kien lest li jkeccieh. Manager jista’ jghajjat impjegat u jtemmlu l-impieg on the spot – tip ta’ ‘aqbizli ‘l barra issa’.

    Meta jigri hekk ikun hemm certezza minn naha ta’ min ihaddem fuq dak li wassal ghat-tkeccija. L-impjegat dejjem ghandu l-fakulta’ li jfittex ghal-tkeccija mhux misthoqqa permez ta’ union jew qorti.

    Forsi Joe Grima kien jippreferi press conference ta’ Barroso fejn ikecci lil Dalli bil-miktub?

    Mil-bqija tghawwig u suspetti. Nahseb l-oligarkija li jghidu li hemm qabbdet lil Silvio Zammit biex jintervjeni. U mhux hekk.

  6. rjc says:

    Gvern illegittimu kien dak li kont fih int bejn 1981 u 1987.

    Veru ipokresija mill-kbar.

  7. Miriam Galea says:

    Ma rax il-press conference tal-OLAF dan donnu, fejn gie spjegat il-process tal-investigazzjoni li sar qabel ma nkiteb ir-rapport li Barroso finalment ipprezenta lil Dalli.

  8. kev says:

    U jekk tifli sew x’inhu jigri bil-“krizi” fiz-zona ewro issib illi dawk li llum qed joffru s-soluzzjonijiet huma appuntu dawk l-istess entitajiet li holqu l-problema fl-ewwel istant. Holquha billi holqu l-buqxiex bir-rimi – ghax il-banek centrali (ECB, BoE, FED) ghandhom il-poter joholqu flus (dejn) kemm iridu – biex wara li qallghu il-biljuni lill-kartell globali tal-bankiera l-kbar, hallew lic-cittadini jhallsu l-imghax dejjem jizdied fuq dejn li dejjem jingama.

    U issa, permezz tal-bir-tas-skieken tal-ESM, qed jizguraw li kull stat ikollu aktar imghax xi jhallas fuq piz akbar ta’ dejn, waqt li dawk l-istati li gew sfurzati jiehdu ‘bailout’ ma hadu xejn hlief ingassa kkontrollata mir-regim tat-Troika (Kummissjoni – ECB – IMF). Dan kollu biex l-Unjoni Ewropea tkun tista tigi ‘issalvana’ permezz ta’ power grab enormi fuq it-tezor tal-pajjizi membri biex fl-ahhar ikollna stat ‘sovjetiku’ taparsi federali.

    Rigward John Dalli, dan hu, fuq fuq, x’nahseb mill-investigazzjoni ta’ OLAF: http://daphnecaruanagalizia.com/2012/10/can-there-be-any-doubt-left/#comment-441081

  9. U Le! says:

    ‘Jista jkun li veru Unjoni li sehhet fil-kaz ta’ John Dalli kienet dik bejn id-Dar Centrali u l-ufficcju ta’ Barroso. Veru Unjoni Ewropea tal biki u tal misthija. X’ JAQQ!!!’

    Wow what power Gonzi wields! I think it is better to keep him in place rather then replace him with an ex super1 journalist. If Gonzi can influence Brussels so much and at the same time keeps unemployment down (see Greece, Spain, etc), increase the number of tourists etc, I would rather have him lead our country then anyone else. And remember he is having to overcome frivolous difficulties caused by people who should know better over petty issues such as parking, bendy buses and personal grudges.

  10. U Le! says:

    I have a vague memory that once I heard that a minister (against the people’s will) in the illegitimate ‘government’ of 1981-1987 had told KMB/Mintoff that constitutional changes to ensure that the majority would rule would take place ‘over his dead body’?

    Does anyone have the same recollection? Could be I am still confused after inhaling smoke and gas from all the burning PN clubs and tear gas I inhaled whilst exercising my democratic rights in attending the school my parents had chosen for me, begging for water with my mother in the streets of Valletta and other various ‘activities’ with which the socialists kept us entertained a long time ago. The thing is, you can change your tie, but not your tune. Once a socialist, always a socialist!

  11. mattie says:

    The critical critic critising.

    The pot calling the kettle black.

    Malta is full of pots.

  12. Joe says:

    Zgur mhux wiehed mit-80,000 li jghid li jghixu fil-faqar.

    Fil-kaz ta’ Joe Grima izda, jghix fil-faqar ta’ l-etika, fil-faqar ta’ l-onesta u anke fil-faqar tal-memorja, tant li nesa l-hnizrijiet ta’ zmienu! Fejn tidhol l-arroganza u kif wiehed jitpastaz u jghawweg il-fatti, Grima jeccella b-abbundanza.

  13. Anthony Briffa says:

    Is this the same Joe Grima who used to have several articles published in The Malta Independent in favour of the EU membership during the run-up to the referendum?

    This piece on his Facebook wall is in complete contrast with those articles.

  14. Bilancjat says:

    Hu minnu li ghad iridu johorgu aktar provi, imma zgur li mhuwiex postu hemm John Dalli wara li harget din. Tkun skomda ghalih u kemm ghal Malta.

  15. winwood says:

    Look who’s talking of “gvern illegiiimu”. Is it possible that this dinosaur forgot his post 1981 “over my dead body ” declaration? Tahsel kemm tahsel wiccek il-h*r* jibqa mcappas mieghek Grima

  16. Manuel says:

    Just imagine the distortion in the news that we will have if this fat loser will eventually become chairman of PBS under Joseph’s new-style-government.

  17. Zaren Calleja says:

    Nesa Joe Grima kemm hu u shabu s-Socjalisti, Laburisti, Mintoffjani ghajjru fil-passat lil John Dalli b’li ghandu u b’li m’ghandux?

    Nesa kemm ghajjruh bil- “KORRUZZJONI” fil-kaz tal-Mid Med Bank?Nesa kemm ghajjruh bil-miraklu tal-ilma mibdul f’whisky?

    Nesa kemm ghajjruh b’korruzzjoni relatata ma’ membri tal-familja tieghu. Jekk kull Malti ghandu dritt jitkellem fuq demokrazija, zgur li Joe Grima m’ghandu l-ebda dritt ghax kien hu li hambaq u hadem kemm felah biex iggverna fuq poplu shih minnghajr maggoranza.

    Jista jghidilna kemm kien jonfoq f’lukandi u f’liema sular kien joqghod fil-lukandi u lil min kien jiehu mieghu meta kien ministru f’aghar zmienijiet ghad-demokrazija f’Malta?

    Kemm hallsuk in-Nazzjonalisti meta mort tittallab biex ituk programm fuq Net tv ghax kont spiccajt “fallut”?

  18. thehobbit says:

    Risposta lil Joe Grima.

    Sur Grima,

    l-ewwel u qabel kollox jidher li l-assocjazzjoni tieghek, fil-hajja personali tieghek ma’ avukat, ma ghalmitek xejn. U qabel ma tibda tghajjat u tixher li xi hadd qieghed jaghmel xi ‘attakk personali’ fuqek jew familtek, nghaggel biex nghidlek li dak mhux l-interess tieghi. L-interess tieghi huwa li nirrileva l-injoranza spejtata tieghek, nohrog fil-berah l-ipokresija tieghek u nitfa dawl fuq l-intenzjonijiet TIEGHEK – ghajr dawk tal-President Barroso – Sur Grima.

    L-ewwel nett il-principji tal-gustizja naturali isibu l-applikazzjoni taghhom gewwa Tribunal jew Qorti tal-Gustizzja. Il-President, fil-kariga tieghu bhala amministratur tal-Kummissjoni, ma huwiex Tribunal, ja injorant. Fuq kollox, kull min jimpjega, ghandi mhux biss id-dritt izda, f’certu kazijiet sahansitra, l-obbligu li jittermina l-impjieg ta’ min huwa fl-impjieg tieghu, dik il-persuna li tkun ittradiet il-fiducja tieghu. F’livell iehor per ezempju, huwa membru tal-kabinett li jsib il-kariga tieghu terminata meta jkun tilef il-fidcuja tal-PM u dan b’effett immedjat. Fil-kaz pero ta’ istituzzjonijiet pubblici, li ghandhom ikunu zvestiti u oghla minn kull suspett ta’ imgieba hazina u dana ghax jiddependu mill-fiducja ahharija tal-pubbliku sabiex jiffunzjonaw, tinhtieg trasparenza totali u assoluta.

    M’hemmx sorprizi ta’ xejn. Wara kollox dawn huma ir-regoli tal-Kummissjoni li kien jaf bihom min qabel John Dalli qabel ma accetta l-kariga u li huma l-frott ta’ rizoluzjonji tat-trattati li jwqqfu l-istituzzjonjiet Ewropej li kull Stat Membru approvhom. Kwindi l-ewwel punt fallaci tieghek ghadu kif gie imnezza minn kull legittimita.

    Fit-tieni lok Sur Grima, ma tantx inti wiehed biex titkellem fuq paragun bejn l-amministrazzjoni tal-UE u dawk tal-pajjizi li ghandhom bhala l-gvern organiku taghhom, mexxejja jew regimijiet li ma huma xejn ghajr dittaturi terroristi. Dan ghaliex kien propju il-Gvern li kont tifforma parti minnhu inti, waqt li int kont Ministru – jekk niftakar sew ghat-Turizmu – li kien, permezz ta’ dawk iz-zewg xempji ta’ demokrazija u templari tal-gustizzja, Duminku Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici – jigglorifika dawn ir-regimijiet u jissieheb maghhom, jaghmel pattijiet sigrieti maghhom u jimportaw ir-rizorsi taghhom specjalizzati fil-kontrol vjolenti (izda demokratiku hafna) tal-pubbliku. Insemmi bhala ezempji ta’ dawn l-ghazliet ferm ghaqlija, pajjizi bhal Koreja tan-Nord, il-Libya ta’ Ghaddafi, ic-Cad u certament, ma jistghux jonqsu lanqas, ic-Cina u r-Russja. It-tieni punt tieghek ghadu kif gie mormi fil-landa taz-zibel.

    Fit-tielet lok, Sur Grima, gifa li inti, maqdart – bhal ma huwa d-dritt sagrosant (espressjoni, mhux qieghed inkun religjuz) tieghek li hekk taghmel – lil Barroso fuq l-imgieba tieghu fiz-zjara li kellu Malta waqt il-konferenza maghrufa bhala 5+5. Intenni nghid li d-dritt tieghek li tipprotesta u tipprevarika bhal ma dejjem taghmel, kemm il-darba il-kontenut tal-protesti tieghek huma xejn ghajr tat-tqalliegh, jigi ggarantit lilek mhux biss permezz tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, izda perlopiu minhabba ir-raitifikazzjoni tal-11 il-Protocol ghal din il-Konvenzjoni li effetivament tat gurisdizzjoni lil-Qorti Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fuq it-territorju Malti, b’dan li inti, per ezempju, tista issa, issib rimedju ghal dritt tieghek li thoss li gie mittiefes lilek. Dan pero`, ma kienx la opra tieghek u lanqas dak tal-Gvern li kont tifforma parti minnu. Anzi, il-Gvern Laburista ma ried assolutament b’ebda mod li c-cittadini Maltin ikollhom access ghal din il-Qorti – gifa.

    Dan ma kienx punt li qajjimt inti pero`. Semplicement ridt infakkrek.

    Pero` dan kollu jisfuma fix-xejn hdejn il-fatt li qridt li Barroso ma qalx lil PM fuq dik il-haga jew fuq l-ohra. Nistghageb. Verament nistghageb nisma lilek, minn tant nies tghid dan id-diskors! Meta kont inti, u nerga nghid inti u l-Gvern li inti tieghu kont Ministru, li vvutajt ghall-Att Parlamentari dwar l-Indhil Barrani. Int, li kont responsabbli, ghal ligi li pprojbiet u ghamiltiha illegali li persuni ta’ nazzjonalita` barranija jkun jistghu,waqt li qeghdin f’Malta, jikkummentaw fuq l-agir antidemokratiku u tal-misthija tal-Gvern Malti (ta’ dak iz-zmien). Niftakar qisu l-bierah lis-Senatur (jekk m’inix sejjer zbaljat) Taljan Flaminio Piccoli jigi eskortat mill-Pulizija talli kiser il-ligi meta tkellem, fuq stedina ta’ Eddie Fenech Adami, f’mass meeting organizzat mill-PN. Qieghed inti issa tghid lil Barroso li messu qal li PM dak u l-iehor?! Mur gib lil Barroso jghid lil Mintoff jew lilek, meta kontu ghadkhom f’l-aqwa taghkhom fuq il-Power Station tal-Marsa, fuq it-tkissir tal-Qorti u tal-Kurja, fuq il-korruzzjoni ta’ Lorry Sant u l-pampaluni l-ohra tal-partit tieghek, fuq l-atrocitajiet li sehhu gewwa d-Depot, fuq il-qtil ta’ Raymond Caruana, Nardu Debono u Lino Cauchi, fuq id-Drydocks, fuq fejn mar il-Marshall Aid….u tant u tant affarijiet ohra…eh?

    Imma anke issa. Li kieku Barroso fetah halqu fuq dawk l-affarijiet li inti stess ikkritikajtu, hekk kont tghid inti. Dan min hu biex jigi hawn u jghidlna ahna l-affarijiet taghna x’naghmlu bihom u kif ghadna immexxu? Hekk messu ghamel Barroso mela. Ghax kien ikollok “a field day” kif jghidu l-Inglizi. U hawnhekk ukoll l-ahhar punt tieghek sar tabakk fl-incineratur proverbjali tas-semantika.

    Ghandek il-wicc tost kollu, imbghad tistaqsi x’interess kellu Barroso li jghid lil Dalli li jirrezenja? Ghax ma staqsejtx x’kien l-interess li kellu John Dalli ? Ghax ma staqsejtx lil Kessler jghidlek x’kienet ic-cifra sostanzjali li talab John Dalli sabiex ibiddel id-decizjoni fir-rigward tal-prodotti tat-tipjip. Min kellu l-interess jiggwadanja, Sur Grima? U tassew..x’inhu l-interess tieghek Sur Grimaf’dan kollu? Ghax ma tiddikjarahx – jew minghalik li ser nibilighuwa li qed tghamel hekk semplicement biex tiddfendi lil ‘huk’ Malti mil qilla u l-‘hmieg tal-UE’?

    Wara kollox jekk hi mahmuga u hazina daqshekk il-UE u l-istituzzjonijiet taghha, mhux ahjar m’ghadux hemm John Dalli – miskin – Mhux ahjar sab skuza tajba biex jitlaq mill-habs li kien qieghed fih. Hekk ara. Issa liberu u hieles, kuntent u ferhan (u fil-fatt esperjenza li zgur li kienet ‘sugar-free’ ghalih – apologiji lil Charles Thake, li minn hawnhekk insellimlu).

    Imma inti dan kollu tafu. Kemm il-darba inti persuna dizgustanti u tat-tqalliegh, ma jfissirx li inti l-affarijiet ma tafhomx. Donnok pero` li ghadek taht l-impressjoni, li l-bqija tal-poplu ghadu injorant u lura, bhal ma kien, u ridtu zzommuh, fi zmienkhom. Zbaljat. Qieghed tghix go ‘time-warp’ ja dinosawr predecessur tal-fhula estint.

    Inti b’min trid titnejjek?

  19. Libertas says:

    Joe Grima qed jaħseb li l-Unjoni Ewropea bħal Malta tal-Labour. Ħallina!

    Bħal dak li qallu li Silvio Zammit faqqas fix-xena b’kumbinazzjoni.

    Jew li xi ħadd se jemmen li s-SARGAS kumbinazzjoni. U Dalli bellagħha lil Muscat imma lil Gonzi ma bellagħhielux. Għax Lawrence Gonzi l-aktar bniedem rett li hawn ġo Malta u la Dalli ma jbellagħlu r-ross bil-labra, la Jeffrey u lanqas Mugliett.

    Għax ma ddurx dawra madwar il-Ministri Laburisti li kellek miegħek fin-1981-87 ħalli tara tgħidilniex kemm hemm minnhom li mhumiex korrotti.

  20. A. Charles says:

    Grima should have written this obnoxious missive in English; thus Mr. Barroso would no have no need of the Maltese translators.

  21. Jozef says:

    ‘Gustizzja naturali’, ‘ghalija huwa suspettuz hafna’ ‘fl-interess ta’ min kkancella l-karriera politika’ is Francospeak.

  22. GiovDeMartino says:

    Imbaghad jghidu li l-lejburisti qalbhom hazina! Araw kemm ihobbuhom lin-nazzjonalisti: lil John Dalli, lil Franco Debono, lil JPO. lil Mugliett, lil Cyrus Engerer, lill-iehor li kien Sindku tas-Sliema..Dimech?, ma nafx. Qalbhom perzuta, nghidu bil-Malti.

  23. Joey says:

    Truth is like love …..it hurts.

  24. Helen Cassar says:

    U jigu jghidu li issa jaqblu mal-Ewropa. U halluna tridux. Afdawhom Makku halli malajr naraw il-bieb ta barra tal UE

  25. gozitano2007 says:

    “Ma qal xejn dwar id dejn li kielna hajjin.”

    Ara min irid jitkellem dwar li kieluh haj. Mhux xi Mr. Toothpick, hej.

  26. anthony says:

    What Grima is saying here is an illustration that Dalli’s resignation, on the hoof, is an admission of guilt if ever there was one.

    Dalli is not one to be easily bullied not even by a Barroso.

    The only way I can explain his behaviour is that the skeletons in his cupboard include those of T.Rex and of his wife Regina.

  27. edgar says:

    It is obvious to all that the PL are totally against our being part of the EU but are keeping their mouths shut till after the elections. Joe Grima cannot keep his big fat mouth shut and is expressing the feelings of the true PL.

  28. Leli says:

    Ma tantx kielek, ghax alla jberkek fik qabdha.

  29. Hibernating from Malta says:

    Will write a whole list about all the atrocious sacridges written here. Il-vera injorant.

  30. MV says:

    This should be translated and sent to Barroso.

  31. Village says:

    U hallina ta. Imissek tisthi.

    Jekk m’ghandhekx x’taghmel imissek tmur tikteb il biografija tieghek u ma turiha lil hadt.

  32. Monte bello says:

    I get a knot in my chest whenever you expose these dinosaurs. But the knot serves a purpose as it reinforces the fact that I will never vote Labour: the scars run too deep.

  33. Catsrbest says:

    Isn’t that obvious? Joe Grima did so much worse than John Dalli. Birds of a feather flock together, don’t they?

  34. La Redoute says:

    How offensive to Iraqis, Syrians and Iranians who suffered, and suffer still, under their country’s dictatorships.

    Perhaps Mr Grima could trade places with some of them so that he – and they – could compare notes.

  35. mark v says:

    Joe Grima should take up another hobby. His journalistic credentials are down the drain. Or perhaps he can join Malta Today, where he will find the same person who employed him some years back, when he was managing NET TV.

  36. Claude Sciberras says:

    Dan se jitkellem dwar il-hmieg, id-dittaturi u l-hnizrijiet?

  37. Joseph (Not Muscat) says:

    The Evil Clique is controlling Barosso and OLAF as well?

    Though the best part must be ‘Ma qal xejn dwar id dejn li kielna hajjin’.

  38. GiovDeMartino says:

    He is certainly not one of the 80,000 dying of starvation.

  39. Antoine Vella says:

    This time, at least, Joe Grima stopped just short of treating Barroso to one of his famous “f**k you” compliments.

  40. Riya says:

    Ma nohodiex bi kbira daqsekk din ta’ Joe Grima ghax ahna li xofna l-imrar ta’ gvernijiet Laburisti kollha nafu li dawn dejjem kienu nies li jorganizzaw il-korruzzjoni, u oltre minn hekk meta kien jissemma xi hadd kienu jiddefenduh.

    Ahna niftakru zmien li biex igib television tal kulur, telphone jew xi affarijiet li kienu ipprojbiti kont ridt thalla lil ministri taz-zmien il-Labour. Dan missu jghidlu Joe Grima lil Barroso. Joe Grima jiftakar tajjeb dawk iz-zminijiet u qatt ma’ jitkellem dwarhom. Anzi kien kontra Alfred Sant ghax prova jnehhi dik l-anqbuta korrotta mill-partit tal-Labour.

    U kif qal xi hadd bdiet tfaqqa l-bomba li dawn tal-Labour baqghu kontra l-EU b’sahha u hdura liema bhala. Ma’ hemmx dubju li jekk Alla hares qatt jitla il-Labour inkwiet kbir ikollna mal-EU u l-pajjiz jerga jmur il-bahar bhal ma’ konna fi zmien meta Joe Grima kien Ministru.

  41. ciccio says:

    Joe Grima should note the following:

    Code of Conduct for Commissioners:

    “2.1 Resignation of Commissioners
    A Member of the Commission shall resign, if the President so requests, in conformity with article 17.6 of the Treaty (TEU).”

    http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/pdf/code_conduct_en.pdf

    Article 17.6 of the Treaty:

    “A member of the Commission shall resign if the President so requests.”

    http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2010:083:0013:0046:EN:PDF

    Those are the rules of the game.

  42. Catsrbest says:

    … u ma qal xejn dwar il fatt li 80,000 minn hutna qed jghixu fil faqar. Probably, Mr Barroso, like me, took that statement with a pinch of salt, especially when this time he himself could observe the number of obese people in Malta, not only but even statistically, the Maltese (men, women and children) are almost always topping the lists of obesity surveys.

  43. Silvio Farrugia says:

    Unbelievable ! Has this chamaleonte forgotten when his party was in government with a minority of votes, now he is saying Gonzi has no majority? My My Mr Busy Barroso is in cahoots with tal-Pieta! These people always thought we are the fior del mondo (including their brains). They never changed or change.

  44. elephant says:

    Big-head, pompous Joe Grima should note that Barroso sacked Dalli after having read the report he received.I am sure Barroso did not act without having a fool-proof background story. Joe Grima should shut his mouth. One can see what type of a person he is when he went begging the Nationalist Party for a job at the NET set up. No person with some decency would stoop so low.

  45. elephant says:

    Forgot to add : A man with below zero dignity

  46. m cassar says:

    Kemm sar ghandhom qalbhom hanina man-Nazzjonalisti. Xi hlew. Issa tara wara l-elezzjoni kif se jibdel ghemilu l-lupu.

Leave a Comment