The Opposition’s statement on Joseph Muscat and gay marriage

Published: March 4, 2016 at 9:37pm

Joseph Muscat juża non-issue biex jiprova jiddevja

Il-Prim Ministru illum qed jipprova jinqeda bl-issues tal-komunità LGBTIQ biex jiddevja l-attenzjoni tal-poplu mill-akbar skandlu li qatt seħħ fl-istorja ta’ pajjiżna, fejn il-Ministru ewlieni tiegħu u ċ-Chief of Staff tiegħu nqabdu li fetħu kumpanija sigrieta fil-Panama wara li daħlu fil-kariga tagħhom.

Żwieġ bejn persuni tal-istess sess diġà jeżisti f’Malta f’kull sens ħlief fl-isem. Il-liġi dwar l-Unjoni Ċivili tgħid li l-unjoni ċivili għandha “l-istess effett u konsegwenzi fil-liġi daqs żwieġ ċivili”.

F’reazzjoni tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal “la darba unjoni ċivili diġà tagħti l-istess drittijiet u obbligi ta’ żwieġ ċivili, jien ma nara l-ebda diffikultà li nbiddlu l-isem u nsejjħu l-unjoni ċivili dak li tassew diġà hi, jiġifieri żwieġ.”

“L-issue ta’ llum mhix iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess imma l-kriżi ta’ korruzzjoni li Joseph Muscat jinsab fiha,” qal Simon Busuttil.

——-

Let’s give the Prime Minister the benefit of the doubt, shall we? Perhaps he’s thinking of a wholesale merger with Konrad Mizzi. That’s the only way he’s going to be able to get him to share his home and his bed, which is about the only step left to him now in binding Mizzi to him completely.

Joseph Muscat Konrad Mizzi 1