The Minister for the Sawt and the goat

Published: February 21, 2012 at 10:36am

Left click on the image to read it




11 Comments Comment

  1. Joe Micallef says:

    100 – a beautiful round figure. Maybe it was 99 excluding the ruminant.

  2. thinker says:

    *sigh*

  3. winwood says:

    Probabbilment dawk il 100 persuna li fl’ahhar elezzjoni ivvutaw P.N. ma sabux x’jieklu taht dal mishut gvern,u kellhom iduru ghall “goat” ta Parnis.Tell it to the marines Silvio

  4. Dee says:

    Goat? Mr Parnis mizzewweg jew ghandu partner?

  5. Noel D'Emanuele. says:

    Hilarious.

  6. Matthew says:

    Funny how the person (Paul Grech) correcting Silvio’s typo had a typo himself

  7. Steve says:

    If you go in his page now you will have a field day.

  8. Riya says:

    Min jaf kemm hawn min qed jghidlu lil Silvio Parnis li se jivvota Labour jekk se jkun Ministru tas-Sawt!

    U ahseb u ara hu x’qed iwieghed?

    Forsi jibni xi bye-pass kollha tidwir habba l-bazuzli kif kien isir fi zmien il-Labour tal-Golden Years.

    Tghid dawn il-100 huma kollha self employed biex jevadu xi xeba taxxa bhal ma’ kien isir fiz-zmien il-Labour? Jew forsi Silvio Parnis bl’erf li ghandhu jaghmilhom save employed? Jew forsi ma’ jahdmux u jsibilhom impieg mall-pijunieri jew watchman bhal ma’ kienet il-mentalita’ tal-genituri Maltin fi zmien il-Labour, meta watchman kellek dritt thaddmu 60 sigha fil-gimgha?

    Dawk kienu il-kundizzjonijiet fiz-zmien il-gvern tal-Labour ghall-haddiem.

    U l-computer kien ipprojbit mill-pajjiz ghax Mintoff kien jghid li bil-computer jintilfu l-impiegi! Ara naqra x’mentaliita’ ta’ nies kellna biex imexxu l-pajjiz!

  9. thinker says:

    PROFIL – SILVIO PARNIS ( IL-BNIEDEM U L-POLITIKU )

    Silvio Parnis iben Michael u Doris twieled f’Raħal Ġdid. Huwa iżżewweġ lil Dorianne nee’ Cauchi f’Diċembru 2007 u għandhom iben jismu Jacob.

    Silvio kien edukat fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid u aktar tard fil-Mt. Carmel College ġewwa Santa Venera. Aktar tard huwa segwa kors organizzat mill-Istitut Internazzjonali ta’ l-Anzjani (Inia).

    Silvio, ħadem bħala superviżur tas-Saħħa u bħala ħaddiem soċjali fl-irwol ta’ assistent ma’ l-anzjani residenti f’ San Vincenz De Paule.

    Serva bħala Sindku ta ‘Raħal Ġdid mill-1994 sa l-1998. Ġie elett għal l-ewwel darba fil-Parlament fl-1998, elett mill-ġdid fl-2003 u fl-2008 rispettivament bl-akbar ammont ta’ voti mir-raba’ distrett elettorali. Meta ġie elett fil-Parlament Silvio Parnis kien ġie maħtur bħala il-Kelliem Ewlieni Laburista għall-Anzjani.

    Matul il-leġiżlatura li għaddiet, Silvio Parnis flimkien ma’ ‘team’ ta’ esperti ippreparaw dokument f’isem il-Partit Laburista dwar l-Anzjani, wara konsultazzjoni miftuħa ma’ diversi entitajiet minn madwar il-pajjiż kollu.

    F’Ġunju 2008 ġie elett il-mexxej Laburista l-ġdid Dr Joseph Muscat fejn għażel lil Silvio Parnis bħala l-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppożizzjoni għall Protezzjoni tal-Konsumaturi.

    Fis-sena 2011, il-kap ta’ l-Oppożizzjoni u mexxej tal-Partit Laburista Dr.Joseph Muscat għoġbu jaħtar lil Silvioo Parnis bħala l-Kelliem Ewlieni Laburista għal Iżvilupp Sostenibbli tan-Nofsinhar ta’ Malta, liema dekasteru daħal għaliħ b’impenn.

    Fost il-figuri politiċi u l-mexxejja li Silvio jammira hemm Oscar Romero. Romero bħala Arċisqof ta’ ‘El Salvador, kien xhud ta’ vjolazzjonijiet kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem u beda grupp li tkellem f’isem il-foqra u f’isem il-vittmi tal-gwerra ċivili tal-pajjiż. Fl-1980, Romero kien maqtul minn grupp tal-lemin immexxi mill-eks sindku Roberto D’Aubuisson kif kien qed jgħolli l-ostja kkonsagrata waqt il-konċelebrazzjoni tal-quddiesa.

    Silvio Parnis huwa wkoll filantropu. Ħadem fil-qasam tal-Volontarjat fil-Kenja u fil-Peru’ fost in-nies foqra u huwa wkoll il-fundatur tal-Fondazzjoni M’Intix Waħdek. Din il-fondazzjoni tgħin lin-nies li qed jaffaċċjaw problemi soċjali u d-diffikultajiet.

    Ilu għal diversi snin bħala xandar, kemm fuq ir-radju iżda aktar minn hekk fuq it-televiżżjoni. Ippreżenta l-programm “Problemi tal-Qalb” fuq Super One Radio, kien jippreżenta l-programm “M’Intix Waħdek” fuq Smash TV, ippreżenta l-programm “Kliem u Fatti”, u bħalissa għaddej bil-programm “Forum”, dejjem fuq Smash Television.

    Silvio Parnis iħobb jikkwota lil Tony Blair, eks. priministru ta’ Ingilterra fejn darba qal hekk :

    “Fil-qalba tal-politika tiegħi dejjem kien importanti il-valur tal-komunità, it-twemmin li aħna mhux biss l-individwi qed nitħabtu għalih b’mod iżolat minn xulxin, iżda l-membri tal-komunità kollha, li jiddependu fuq xulxin, li jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ xulxin, li nirrispettaw l-obbligi li għandna ma’ xulxin. Minn dak kollox jirriżulta: is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-libertà.”

    Jikkwota wkoll lil eks.president amerikan is-senatur Bill Clinton li darba qal, “Ma nistgħux nibnu l-futur tagħna stess mingħajr ma’ ngħinu lill-oħrajn biex jibnu tagħhom.”

    …u lil John F.Kennedy, eks.president amerikan li darba qal, “ Il-problemi tagħna huma mgħamula mill-bniedem, għalhekk huma jistgħu jkunu solvuti mill-bniedem. Ebda problema tad-destin tal-bniedem ma’ hija lil hinn mill-bniedem”.

  10. Riya says:

    PROFIL – SILVIO PARNIS ( IL-BNIEDEM U L-POLITIKU )

    Prosit thinker

    Dan Silvio Parnis minn ghalija xi zmien ilu kien issemma wkoll li kien ipprova jew irnexxielu jikseb xi propjeta minn ghand xi anzjani, ghax dejjem kellu qalbu hanina mal-azzjani.

  11. Christine says:

    A secretary for the Ministru ghas-Sawt called me on my mobile this afternoon with an unknown number asking me ‘How are you?’ and telling me that if there is an election Silvio would appreciate my family’s vote.

    I never gave them my mobile number but I keep getting birthday greetings and other futile messages from his ‘office’.

Leave a Comment