The story behind the story – and hot journalist Julia Farrugia didn't know about it

Published: February 10, 2010 at 7:26pm
My kingdom for a whore (se)

My kingdom for a whore (se)

The key fact in the story quoted beneath is the very one that is missing: that Kermit was ‘coming up and seeing’ Miss Piggy at the time.

So really, it’s no surprise that he said what he did and even less of a surprise that he defended Jose Herrera.

The real surprise is that Julia Farrugia’s boss Saviour Balzan and the person who writes the leading articles for Illum’s sister paper Malta Today (I suspect it’s Roger de Giorgio) both claimed last Sunday that the affair was common knowledge “for years” among those who had their ear to the ground.

So why in heaven’s name didn’t they bother telling Julia Farrugia?

It would have helped her make more sense of this story she wrote.

Instead, they preferred to let her flounder around the missing link.

Illum | 23 ta’ Settembru 2007 •
‘Iċ-ċajta’ ta’ Michael Fenech Adami
Julia Farrugia

Numru ta’ persuni li nhar l-Erbgħa kienu preżenti fuq il-Fosos tal-Floriana assistew għal dik li fl-aħħar sigħat tlaqqmet bħala ‘ċajta’ differenti.

Michael Fenech Adami, is-Sindku ta’ Birkirkara li hu wkoll iben il-President Eddie Fenech Adami, instema’ jgħaddi botta fil-pubbliku fil-konfront tal-kandidat Nazzjonalista l-Perit Robert Musumeci.

Il-botta kienet direttament kontra l-kummenti li Musumeci għamel meta kien jieħu sehem fi programm ta’ diskussjoni fuq Smash TV.

F’dan il-programm Musumeci kellu kliem favur il-mexxej Laburista Alfred Sant. Fost l-oħrajn Musumeci, li hu wkoll Sindku tas-Siġġiewi, sostna li “Alfred Sant għandu attribwiti tajbin.” l-istess programm televiżiv Robert Musumeci qal li “jekk xi ħadd jaħseb li l-Partit Nazzjonalista se jirbaħ l-elezzjoni bl-attakki fuq Alfred Sant din tkun strateġija żbaljata.”

Din id-dikjarazzjoni ġabet reazzjonijiet imħallta fost l-elettorat. Filwaqt li kiseb l-ammirazzjoni ta’ floating voters, ta’ votanti Laburisti u ta’ Nazzjonalisti moderati, Robert Musumeci tniżżel fil-kotba inqas sbieħ ta’ esponenti tal-PN li ħassew li l-kummenti tiegħu ma kellhomx ikunu kummenti pożittivi fuq l-immaġini tal-mexxej Laburista.

Nhar l-Erbgħa li għadda, fuq il-Fosos, Michael Fenech Adami nstema’ jitfa’ botta fil-konfront ta’ Musumeci. “Għaxxaqtha, Musumeci,” kien fost il-kummenti li għadda Fenech Adami lis-Sindku tas-Siġġiewi.

Ix-xorti riedet li ftit tal-ħin wara fuq il-Fosos il-ġurnalist tas-Super 1 Charlon Gouder beda jintervista lill-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi.

F’ħin minnhom Charlon Gouder staqsa direttament lil Gonzi min għandu raġun, jekk hux Robert Musumeci jew nies bħall-Ministru Austin Gatt li jum biss qabel iddeskriva lill-Mexxej Laburista bħala “Kap tat-tappieri”, drabi oħra Gatt iddeskriva lil Sant bħala “imbeċilli” u għajjar lil-Laburisti “inkallati” jew bħas-Segretarju Parlamentari Toni Abela li għajjar lil dawk li jipprotestaw kontra l-Gvern bħala iddisprati, kif ukoll il-Perit Michael Falzon li qabbel lill-Laburisti ma’ dak l-annimal li jekk taqtagħlu denbu, annimal jibqa’.

Għal din il-mistoqsija Lawrence Gonzi wieġeb li “Robert Musumeci għandu raġun.”

Mitlub jikkummenta dwar dan il-każ Michael Fenech Adami sostna li hu veru li għadda dak il-kumment fil-konfront ta’ Musumeci imma nsista li “jien b’ċajta għidtielu.”

Mistoqsi jekk hu jaqbilx ma’ dak li qal is-Sindku tas-Siġġiewi, Michael Fenech Adami kellu biss “no comment.”

Robert Musumeci hu l-uniku Sindku Nazzjonalista li fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali żied bil-kbir l-ammonti ta’ voti miksuba u dan minkejja l-istil politiku differenti minn dak li huma mdorrijin bih numru ta’ partitarji Nazzjonalisti.

Musumeci għamel numru ta’ dikjarazzjonijiet li jmorru lil hinn mis-soltu kummenti u politika partiġġana. Xhur ilu kien għadda kummenti li ddefendew lid-Deputat Mexxej Laburista Charles Mangion dwar l-involviment tiegħu fil-proġett ta’ Pender Place.

Dakinhar Musumeci kien sostna li wieħed irid jagħmel differenza bejn ir-rwol politiku u dak privat.

Fil-gazzetta MaltaToday f’April li għadda Musumeci iddefenda lid-Deputat Laburista Josè Herrera li kien indikat minn Joe Debono Grech bħala persuna li fuq Smash TV attakkat lil Alfred Sant.

F’din il-gazzetta, ġimgħa ilu, Musumeci tkellem fuq is-suġġett kontroversjali tad-donazzjonijiet li jirċievu l-partiti politiċi. Hu sostna li l-partiti għandhom jippubblikaw minfejn ġiet kull donazzjoni kien x’kien l-ammont tagħha.




10 Comments Comment

  1. NGT says:

    Dakinhar Musumeci kien sostna li wieħed irid jagħmel differenza bejn ir-rwol politiku u dak privat… how convenient.

  2. Slurp! says:

    “Fil-gazzetta Malta Today f’April li għadda Musumeci iddefenda lid-Deputat Laburista Josè Herrera li kien indikat minn Joe Debono Grech bħala persuna li fuq Smash TV attakkat lil Alfred Sant. ”

    Trying to suck up to Jose’s sister, no doubt.

  3. mario farrugia says:

    nistgha nghid li Robert habib kbir tieghi ghalkemm jien Laburist, u dejjem iddiskutejna l-issues fil-kalma. Nahseb is-Siggiwin jiddispjacilom ghal dak li ghaddej minnhu bhal issa Robert. Ftit hawn irhula li jinsabu fi statt tajjeb daqs s-Siggiewi, dan kollu dovut lilu ghax dejjem mexxa politika ta kompromess u mhux politika ta pika.

  4. mario farrugia says:

    heq you are such an ass. this is my last comment and, i’ll never vist your blog again. veru mara meskina.

    [Daphne – Aren’t you the one who just introduced himself as Robert’s friend? Now I’m beginning to understand why Consuelo’s main concern, when she left her husband for him, was that she would be slipping down the social ladder.]

  5. patrick says:

    No wonder Robert defended Labour shadow minister Charles Mangion. He was his architect on an application related to Mangion’s reborn villa in ODZ Fawwara. Astrid Vella doesn’t seem to ramble in the vicinity of that one: PA permit 1165/09. Then there’s PA permit 3846/01 in which Labour spokesman Charles Buhagiar managed to convert a pond into a pool for his Labour front bench colleague Charles Mangion. It gives a whole new meaning to Charlie’s angels.

Leave a Comment